Alfred Sant | One News - Part 2

Notifiki

Politika ta’ one-size fits all fit-tassazzjoni ma tiżgurax l-ugwaljanza bejn is-sessi – Alfred Sant

Politika ta’ one-size-fits-all fit-tassazzjoni fl-istati membri tal-UE ma tista’ qatt tiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi għax il-politika ta’ tassazzjoni trid taqbel mal-istrutturi soċjali u familjari ta’ kull stat membru tal-UE. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew f’intervent dwar ir-rapport ‘Ugwaljanza bejn is-sessi u l-politika ta’ tassazzjoni fl-UE’. Sant saħaq li l-politika ta’ tassazzjoni għandha tibqa’ prerogattiva tal-Istati Membri tal-UE.

Aqra aktar

Miżuri Ewropej kontra l-kompetizzjoni fit-tassazzjoni kontra l-interessi ta’ Malta

Madwar l-Ewropa qed jiżdied il-qbil dwar miżuri kontra l-kompetizzjoni fil-politika ta’ tassazzjoni bejn l-istati membri tal-UE biex tkun skoraġġuta l-evażjoni tat-taxxa. Dan qalu Alfred Sant meta tkellem dwar l-isfidi li se jkollha Malta fix-xhur u s-snin u ġejjin waqt diskussjoni dwar it-tmexxija taż-żona Ewro f’Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta.Aqra aktar

L-Ewro: proġett politiku li għenet fil-kriżi ekonomika

L-ewro nħolqot bħala proġett politiku u għadu hekk sal-lum, fatt li għen sabiex fi żmien ta’ kriżi ekonomika nstabu soluzzjonijiet malajr.

Qal dan l-ewroparlamentari Laburista Alfred Sant waqt laqgħa pubbliku dwar l-aħħar żviluppi fl-għoxrin anniversarju tal-ħolqien tal-munita unika.Aqra aktar

Il-metodu tan-negozjati tal-Brexit kien difetuż

Il-metodu tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-Brexit kien difettuż. L-UE messha l-ewwel staqsiet lir-Renju Uniti x’tip ta’ relazzjonijiet riedet mal-UE bħala kwistjoni ta’ prinċipju u ta’ politika. Kien ikun aħjar li l-UE indikat x’tip ta’ relazzjoni kienet tkun aċċettabbli għaliha u kien jinstab ftehim fuq din il-bażi.

Aqra aktar

Alfred Sant kontra l-proposta ta’ taxxa diġitali armonizzata

Fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant ivvota kontra riżoluzzjoni li tintroduċi taxxa diġitali armonizzata fl-Ewropa ‘bħala fatt li mhux negozjabbli’. It-tassazzjoni għandha tibqa’ parti mis-sovranita` ta’ kull pajjiż Ewropew, qal l-MEP Malti waqt li spjega għala ivvota kontra r-riżoluzzjoni dwar it-taxxa diġitali u l-ħtieġa li r-regoli f’dan il-qasam jittieħdu permezz ta’ maġġoranza kwalifikata.Aqra aktar

“Malta għandha tinsisti għal Ewropa soċjali” – Alfred Sant

Malta għandha ssostni s-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`, qal il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista tal-Parlament Ewropew Alfred Sant waqt attivita` soċjali fil-Belt Valletta. Dr Sant qal li għall-Ewropa l-2019 tista’ tkun diffikultuża daqs l-2018. Il-problema fundamentali hi li għalkemm fis-snin riċenti l-Ewropa esperjenzat tkabbir ekonomiku, l-inugwaljanzi u l-inġustizzji soċjali żdiedu. Dan qed ixekkel is-solidarjeta` fi ħdan in-nazzjonijiet u bejn in-nazzjonijiet.

Aqra aktar

Alfred Sant jgħid li l-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar il-mobbiltà militari jinjora l-pożizzjoni ta’ stati membri newtrali

L-MEP Malti Alfred Sant astjena fuq il-vot finali ta’ rapport dwar il-mobbilta` militari tal-UE għaliex qal li dan il-pjan ta’ azzjoni propost mill-UE ma jqisx il-pożizzjoni tal-istati membri ‘newtrali’ tal-Unjoni Ewropea. Dr Sant qal li dan iqis bħala fatt maqbul l-appoġġ u l-assoċċjazzjoni tal-UE fi programmi ta’ alleanza militari, anke jekk dan jista’ jkun ta’ xkiel u mhux fl-interess tal-istati membri newtrali tal-UE.

Aqra aktar

“L-atteġġjament kien ikun ferm differenti kieku banek minn Ċipru, il-Greċja, jew Malta kienu nvoluti fl-iskandlu Cum-Ex”- Alfred Sant

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant, qal lill-Parlament Ewropew li kieku banek minn Ċipru, Greċja jew Malta kienu involuti fl-iskandlu Cum-Ex, il-kritika ma kinitx tkun daqshekk ġentili bħal ma qed tkun mal-banek fl-istati membri l-kbar involuti f’dan l-iskandlu.

L-iskandlu mlaqqam Cum-Ex żvela li grupp organizzat ta’ bankiera seraq aktar minn €55 miljun mill-fondi pubbliċi ta’ għadd ta’ stati membri, l-aktar mill-Ġermanja u Franza, għal dawn l-aħħar 15-il sena bis-saħħa ta’ dawk imsejħa Cum-Ex deals. Ġie żvelat li bankiera, avukati u intermedjarji oħra kienu qed jinnegozjaw ishma u jirċievu rimbors tat-taxxa għal taxxa li qatt ma ġiet imħallsa.Aqra aktar

Send this to a friend