Alfred Sant – Page 14 – One News

Notifiki

Din il-ġimgħa ħassejt uġigħ?

F’survey tal-Kummissjoni Ewropea instab li f’Malta, wieħed minn kull ħamsa ħassew xi uġigħ fil-ġimgħa.

100 miljun ċittadin Ewropew isofru minn uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli. Dan jikkawża madwar 50% tal-assenza minn fuq il-post tax-xogħol għal tlett ijiem jew aktar.

Jikkawża wkoll 60% ta’ inkapaċitajiet permanenti. Huwa stmat li l-ispejjeż diretti u indiretti tal-mard fl-għadam u l-muskoli jlaħħaq il-€240 biljun fis-sena jew 2% tal-GDP fl-Unjoni Ewropea kollha.

Dan kollu osservaħ fi stqarrija l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant.

Aqra aktar

Joe Saliba jitlef libell kontra Miriam Dalli u Alfred Sant

L-eks Segretaru Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Joe Saliba, ma rnexxilux iġibha żewġ f’kawża ta’ libell li kien fetaħ kontra l-ekseditur ta’ ONE, Miriam Dalli u l-eksMexxej tal-Partit Laburista, Alfred Sant.

Joe Saliba ħassu malafamat b’rapporti marbuta maż-żmien li kien żvelat kif kien imur fuq il-jott man-negozjant Żaren Vassallo. F’kawża li matulha xehed li ilu ħabib ta’ Żaren Vassallo bosta snin, fl-istess ħin li kellu jammetti li hu kien fuq il-bord ta’ aġudikazzjoni għal min kellu jibni d-Dar Ċentrali u Żaren Vassallo kien wieħed minn dawk magħżula. Għal rapportaġġ dwar dan ħarrek lil Dalli, filwaqt li lil Sant ħarku għaliex il-Partit Laburista kien ħareġ stqarrija fuq is-suġġett.

Aqra aktar

Alfred Sant iżur il-bdiewa Għawdxin

Il-bdiewa Għawdxin jeħtieġu protezzjoni minn kompetizzjoni inġusta biex ikun żgurat li jkomplu jkabbru prodotti tar-raba’ meħtieġa mill-industrija tat-turiżmu u mill-ekonomija f’Għawdex.

Dan qalu Alfred Sant fi żjara li għamel fil-Kooperattiva tal-Bdiewa fix-Xewkija. Sant qal li biex il-biedja Għawdxija tibqa’ b’saħħitha u trendi l-profitti, jeħtieġ li ssir azzjoni kreattiva biex fi ħdan ir-rispett tar-regoli tal-UE, il-produzzjoni agrikola tkun flessibbli u fl-istess ħin protetta minn kompetizzjoni inġusta.

Aqra aktar

Alfred Sant jiddefendi s-sovranità fil-ġbir ta’ taxxi

Is-sovranità tal-istati membri fil-ġbir tat-taxxi f’pajjiżhom għandha tkun imħarsa, speċjalment għall-ekonomiji ż-żgħar u ż-żoni li qegħdin fil-periferija tal-Ewropa.

Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant fi Strasburgu meta għamel spjega tal-vot tiegħu dwar riżoluzzjoni dwar kontrolli ġodda fuq l-evażjoni tat-taxxa. Dr. Sant qal li wara l-iskandli tal-‘Luxleaks’ u tal-karti tal-Panama, għandhom jittieħdu miżuri dejjem aktar qawwija li jiżguraw trasparenza kif jiġu trasferiti l-fondi u kif jitħallsu t-taxxi.

Aqra aktar

Il-Greċja teħtieġ ħelsien sostanzjali mill-piżijiet tad-djun – Alfred Sant

L-implimentazzjoni tal-programm ta’ salvataġġ għall-Greċja propost miż-żona ewro qed jittieħed ’il bogħod wisq fil-miżuri ta’ awsterità li qed ikompli jimponi fuq il-poplu Grieg. Dawn il-miżuri se jkomplu jgħattnu l-ekonomija u l-poplu tal-Greċja. Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu waqt id-dibattitu dwar in-negozjati dwar il-programm ta’ aġġustamenti għall-Greċja fil-presenza tal-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi Pierre Moscovici.

Aqra aktar

Send this to a friend