Alfred Sant – One News

Notifiki

Alfred Sant jitfa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjonijiet Ewropej

Alfred Sant dalgħodu tefa’ n-nomina tiegħu ta’ kandidat għall-elezzjonijiet Ewropej f’isem il-Partit Laburista f’dik li iddeskriva bħala l-aħħar elezzjoni li se jkun qed jikkontesta.

“Din se tkun l-aħħar kampanja tiegħi. Dħalt għaliha għax ġejt konvint li bħalissa għandna nkunu kulħadd “on deck” biex fl-Ewropa mill-Parlament Ewropew nilħqu żewġ miri essenzjali. L-ewwel li nirribattu u nrażżnu bil-verità l-kampanja ta’ żebliħ tal-isem u r-reputazzjoni ta’ Malta, li bl-għajnuna ta’ forzi politiċi lokali, bdiet titmexxa minn hemm. It-tieni li naħdmu bla heda biex fl-Ewropa titrawwem mill-ġdid kuxjenza soċjali u titneħħa l-inugwaljanza li baqgħet tikber hemm fl-aħħar snin. Biex nilħqu dawn il-miri, neħtieġu nimmobilizzaw l-impenn, il-ħeġġa, ir-rieda, it-tagħrif u l-esperjenza kollha li huma tagħna. Hu b’dawn il-kwalitajiet li biħsiebni nieħu sehem f’din il-kampanja u jekk il-poplu Malti u Għawdxi jagħtini l-fiduċja tiegħu, bihom li naqdi l-mandat li jmiss fil-Parlament Ewropew.” qal l-ex Mexxej Laburista wara li tefa’ n-nomina tiegħu fin-Naxxar.Aqra aktar

L-Ewropa trid tiżgura li l-Libja ma ssirx bejta tat-terroriżmu – Alfred Sant

Alfred Sant qal illum li l-Ewropa trid tiżgura li l-Libja ma ssirx bejta tat-terroriżmu f’intervent li għamel dwar is-sitazzjoni fil-Libja fil-Parlament Ewropew. L-Ewropej għandhom id-dmir li juru kif l-akbar interess tagħhom fil-Libja hu l-ġid tal-poplu Libjan. Mhux iż-żejt. Mhux min se jikkontrolla d-daħla lejn ir-riżorsi minerali tal-Afrika Ċentrali.

Aqra aktar

Alfred Sant jiltaqa’ ma’ kaċċaturi li qed joħolqu bejtiet għall-għasafar

Alfred Sant faħħar lil Kaċċaturi San Ubertu għall-inizjattiva tagħhom li joħolqu bejtiet artifiċjali biex jiżdiedu l-ispeċi ta’ għasafar li jkollhom il-friegħ f’Malta meta żar ‘Project Bejta’ f’Ta’ Qali. Dal-proġett tal-kaċċaturi huwa maħsub li aktar għasafar ikollhom il-friegħ f’Malta inkluż Rundun, Għammiel tal-Bejt, Ġaħġaħ, Ħuttafa, Ħawwiefa, Zakak tad-Dell, Żanżarell tat-Tikek, Sturnell, Spanjulett u l-Bies.

“Inizjattivi bħal dawn jagħtu dehra pożittiva lil kaċċaturi lokali li tegħleb il-konnotazzjonijiet negattivi relatati mal-kaċċaturi f’Malta u fl-Ewropa. Qal li jifhem mija fil-mija l-frustrazzjoni tal-kaċċaturi Maltin li jħossuhom diskriminati meta mqabbla ma’ kaċċaturi fl-Ewropa. Iżda l-Gvern Malti fl-2004 kien iffirma kuntratt bil-kundizzjonijiet preżenti tal-kaċċa meta Malta daħlet fl-UE. Dawn ir-regoli ma jistgħux jitreġġgħu lura u mhux ġust li tinħoloq tama falza.

“Jien qatt mhu se nagħti tama falza lill-kaċċaturi,” qal Alfred Sant.

400 bejta artifiċjali ġew installati f’postijiet differenti fil-gżejjer Maltin.

Uffiċċjali ta’ San Ubertu spjegaw lil Alfred Sant MEP li għall-ewwel darba żanżarell bit-tikek kellu erbat ifriegħ f’bejta artifiċjali.

Uffiċċjali tal-KSU u l-membri tagħha jikkontribwixxu f’xogħol volontarju li jinvolvi lekċers edukattivi relatati mal-ornitoloġija, liġijiet tal-kaċċa, Natura 2000, l-użu bla periklu tas-senter, turiżmu agrarju u oqsma oħra relatati mal-entita’ uffiċċjali tal-kaċċa il-Wild Birds Regulation Unit (WBRU). Huma qed iwettqu wkoll skema pilota ta’ tiżrigħ tas-siġar bħala parti minn inizjattiva ta’ afforestazzjoni nazzjonali. Il-membri tal-KSU f’din l-aħħar sena żergħu mal-450 siġra indiġena, sponsorjata mill-gvern, fuq artijiet privati.

L-installazzjoni, il-manteniment u l-monitoraġġ ta’ dawn il-bejtiet artifiċjali qed issir mill-voluntiera tal-KSU.

Kienu preżenti Mark Mifsud Bonnici, President, Nyal Xuereb, Segretarju u Eman Portelli u Marcus Camilleri.

Adrian Delia għandu jġorr ir-responsabbiltà tal-ħsara li saret lil Malta – Alfred Sant

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit hekk imsejjaħ Nazzjonalista jrid jerfa’ r-responsabbilta` tal-ħsara politika li qegħdin jagħmlu r-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew. Dan qalu Alfred Sant f’laqgħa politika f’Marsaxlokk. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista   kellha sehem kbir fit-tfassil tar-Riżoluzzjoni tas-Saltna tad-Dritt dwar Malta. Il-membri Ewroparlamentari tal-PN b’mod sistematiku ilhom jinstigaw li titla’ din ir-Riżoluzzjoni biex jagħmlu ħsara lil Malta. Ilhom ix-xhur jisqu gideb dwar Malta lill-Partit Popolari Ewropew, l-akbar grupp fil-Parlament Ewropew. Fit-tħejjija tar-riżoluzzjoni l-aktar prinċipji elementari tal-fair play u tal-oġġettivita` twarrbu għal kollox.

Aqra aktar

Bil-ġudizzji tiegħu il-Parlament Ewropew jikkundanna lil Malta talli ma daħħlitx l-abort

Dawk li jogħxew meta jisimgħu MEPs Maltin u Ewropej jikkritikaw u jikkundannaw lill-Gvern Malti dwar is-Saltna tad-Dritt jagħlqu ħalqhom dwar il-kundanna tal-Parlament Ewropew għall-fatt li Malta ma daħħlitx l-abort. Dawn ma jikkummentawx meta jirrealizzaw li bil-ġudizzji tiegħu, il-Parlament Ewropew jikkundanna wkoll lil Malta għax ma daħħlitx l-abort. Dan qalu Alfred Sant meta fil-Parlament Ewropew meta stqarr li l-abort bl-ebda mod ma jinsab fil-programm tat-tmexxija tal-Gvern Laburista.

“Dawk il-Maltin li jxewxu lill-Parlamentari Ewropej dwar is-saltna tad-dritt f’Malta qed iwittu t-triq biex il-biċċa tal-abort tinfetaħ fostna mill-Ewropej. Dawk il-barranin li qed jagħtuhom palata biex il-kwistjoni tas-Saltna tad-Dritt tibqa’ titqanqal, malajr jistgħu jduru fuqhom u jgħidulhom: Isimgħu, dan kif dwar is-Saltna tad-Dritt fil-każ tat-tmexxija tal-gvern il-ħin kollu timbuttaw, imma dwar l-abort ma ssemmu xejn?” qal Alfred Sant. Aqra aktar

Alfred Sant imblokka diskussjoni dwar l-Egrant fil-Parlament Ewropew ġimagħtejn qabel l-elezzjoni tal-2017

Ġimagħtejn qabel l-elezzjoni tal-2017 l-ex Prim Ministru Alfred Sant kien irnexxielu jimblokka diskussjoni fil-Parlament Ewropew dwar il-gidba tal-Egrant fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat u ta’ martu Michelle.  L-eventwalita` ta’ diskussjoni dwar l-Egrant lejlet l-elezzjoni ġenerali ta’ sentejn ilu kienet tagħti qawwa kbira lil ċerti nies li kienu qed imexxu dik il-kampanja f’Malta.

Aqra aktar

Miljuni ta’ Ewropej iħossuhom maqtugħin mill-istituzzjonijiet Ewropej – Alfred Sant

Il-lemin estrem fl-Ewropa qed jagħmel tiegħu il-kunċett ta’ Ewropa tan-nazzjonijiet waqt li miljuni ta’ Ewropej iħossuhom maqtugħin mill-Istituzzjonijiet Ewropej. Dan qalu Alfred Sant lil studenti Universitarji waqt laqgħa informali ma’ JEF MALTA, oganizzazzjoni studenteska li stidnitu jieħu sehem f’dibattitu dwar l-integrazzjoni Ewropea fl-Universita` ta’ Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend