aleppo – One News

Notifiki

Is-soru li tgħix fis-Sirja biex tgħin lil dawk fil-bżonn

Ma’ kull minuta li tgħaddi, iċ-ċkejknin u l-familji fis-Sirja jkunu f’ħalq il-mewt. Jistkennu minn xita ta’ bombi u minn dik l-isparatura, bit-tama li l-għada jerġgħu jaraw id-dawl tax-xemx, li minkejja li mogħtija bid-duħħan iswed tal-gwerra għalihom hija t-tama li qalb il-mewt għad għandhom ħajja.

Aqra aktar

Il-Caritas b’€9,350 għall-vittmi ta’ Aleppo

Caritas Malta informat lill-pubbliku li l-kontijiet li nfetħu għall-Fond ta’ Emerġenza għall-vittmi f’Aleppo, is-Sirja issa jinsab magħluq.

Dan il-Fond infetaħ biex permezz ta’ din l-għajnuna li tintbagħat lill-Caritas Internationalis, tingħata għajnuna lill-vittmi ta’ Aleppo fis-Sirja, speċjalment fejn hemm l-iktar bżonnijiet ta’ saħħa, ilma u sanità, sistema ta’ edukazzjoni u xelters għal dawk il-persuni li tilfu dak kollu li kellhom.

Aqra aktar

Il-Caritas b’fond ta’ emerġenza għall-vittmi f’Aleppo

Fuq talba ta’ Caritas Internationalis, Caritas Malta qed tagħmel sejħa ta’ ġbir ta’ fondi permezz ta’ fond ta’ emerġenza fejn se jinġabru flus biex tingħata għajnuna lill-vittmi ta’ Aleppo fis-Sirja, speċjalment fejn hemm l-iktar bżonnijiet ta’ saħħa, ilma u sanità, sistema ta’ edukazzjoni u shelters għal dawk il-persuni li tilfu dak kollu li kellhom.

Aqra aktar

F’Aleppo tirritorna l-logħba tal-ballun

F’Aleppo rritorna l-logħob tal-ballun dan hekk kif għall-ewwel darba f’ħames snin intlagħbet logħba mill-kampjonat lokali.

Il-belt li kienet fil-qalba ta’ ġlied imdemmi bejn il-forzi leali lejn il-Gvern Sirjan u r-ribelli ospitat logħba football ferm kumbattuta bejn Al-Ittihad u Hurriya.

Aqra aktar

Jipprovaw jitilqu mill-ġdid

Issoktaw l-evakwazzjonijiet fil-Lvant ta’ Aleppo fis-Sirja. Kelliem għan-Nazzjonijiet Magħquda qal li xarabank u ambulanzi qed jitilqu minn zoni okkupati mir-ribelli. Huwa rrapurtat li minn ta l-inqas 350 persuna telqu minn dawn iz-zoni biex jaslu għal-territorji f’idejn il-Gvern.

Xarabank qed jintbagħtu f’zoni kkontrollati mill-Gvern u lu qed jiġġieldu għalihom ir-ribelli. Sitwazzjoni li waqfet milli jidħol fis-seħħ il-ftehim ta’ evakwazzjoni. Sadanittant eluf qed jistennew li joħorgu mill-Lvant ta’ Aleppo. Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda qabel li jkun hemm grupp min-Nazzjonijeit Magħquda josserva s-sitwazzjoni.

Aqra aktar

Aġġornat: Eluf ta’ persuni għadhom maqbuda f’Aleppo

15:20: Inħarqu mir-ribelli żewġ xarabankijiet li kellhom jevakwaw l-persuni morda u midruba miż-żewġ villaġġi miżmuma mill-gvern fil-provinċja ta’ Idlib.

Il-konvoj kien qed jivvjaġġa lejn Foah u Kefraya ġie asseddjat minn ġellieda ribelli.

Il-forzi favur il-Gvern qed jitolbu li n-nies jitħallew jitilqu mill-villaġġi ta’ Shia biex b’hekk tkompli l-evakwazzjoni mil-Lvant ta’ Aleppo.

Aktar Qabel: Eluf ta’ persuni ċivili jinsabu maqbuda f’kundizzjonijiet kritiċi f’Aleppo, fis-Sirja. Dan hekk kif in-nuqqas ta’ qbil fuq il-pjan ta’ evakwazzjoni kkawżaw dewmien.

Rapporti qed jgħidu li għadd ta’ nies qed jorqdu fit-toroq f’temperaturi baxxi bi ftit ikel jew kważi xejn.

Id-dewmien qed jingħad li kien ikkawżat minħabba argument fuq iċ-ċaqliq tan-nies ċivili minn żewġ żoni kkontrollati mill-gvern f’Idlib.

“Fejn it-tfal waqfu jibku”

“Aleppo huwa post fejn it-tfal waqfu jibku.”

Hekk jirrakkonta ġurnalist ma’ Channel 4 li żar din il-belt Sirjana u nzerta familja ftit wara li ntlaqtet il-blokka ta’ appartamenti fejn kienet tgħix. Tarbija ta’ mhux aktar minn sentejn tidher fi stat qawwi ta’ xokk imma bilkemm tista’ tibki.

Tfajjel iżomm tarbija ta’ xahar mejta f’idu u jirrifjuta li jitlaqha.

Omm tgħajjat li qatlula lill-uliedha kollha.

Eluf jinsabu maqbuda f’kundizzjoniet ta’ disprament, filwaqt li jkompli d-diżgwid dwar pjan ta’ evakwazzjoni ta’ persuni ċivili.

Aqra aktar

Aleppo: Jintlaħaq ftehim ġdid… tkompli l-evakwazzjoni

Se tkompli l-evakwazzjoni t’għadd ta’ persuni maqbuda f’Aleppo s-Sirja u dan wara li ntlaħaq ftehim ġdid.

Aħbar li kienet żvelata mill-gvern u r-ribelli tul il-jum tas-Sibt. Eluf ta’ persuni qed jittamaw li jitilqu minn Aleppo mill-iktar fis possibli wara li fl-aħħar ġimgħat komplew l-avvanzi tal-forzi tal-gvern ta’ Assad.

Aqra aktar

Send this to a friend