aldo moro – One News

Notifiki

Persuna tintlaqat minn karozza fil-Marsa

Il-Pulizija rċiviet rapport li persuna ntlaqtet minn karozza fl-inħawi ta’ Triq Aldo Moro, il-Marsa. Jidher li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:15 tat-Tlieta waranofsinhar.

Kawża ta’ dan qed jinġema’ t-traffiku fl-inħawi, u s-sewwieqa huma mwissija jevitaw l-inħawi.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Triq Aldo Moro fil-Marsa se tingħalaq għat-traffiku llejla

Triq Aldo Moro fil-Marsa se tingħalaq għat-traffiku llejla biex tingħata l-aħħar kisja ta’ asfalt lill-wiċċ tal-karreġġjata tat-tramuntanta ġdida, li fiha sitt korsiji.

Dawn se jingħalqu llejla bejn is-19:00 u s-06:00 ta’ għada filgħodu. Sewwieqa li jkunu qed jivvjaġġaw min-naħa tan-nofsinhar ta’ Malta minn Vjal Sir Paul Boffa, Vjal Santa Luċija u Triq Giuseppe Garibaldi, lejn Triq Aldo Moro fid-direzzjoni tal-Marsa, Ħal Qormi u l-Belt Valletta, se jiġu ggwidati biex jgħaddu mir-rotta ta’ Ħal Luqa.Aqra aktar

Jingħataw l-aħħar saffi fi Triq il-Marsa – Tinfetaħ mill-ġdid għada

Qed jingħataw l-aħħar saffi ta’ asfalt fi Triq il-Marsa ħdejn iċ-ċimiterju tat-Torok sabiex minn għada terġa’ tinfetaħ  il-konnessjoni bejn Triq Aldo Moro u Ħal Qormi.

Ħabbar dan il-Ministru Ian Borg permezz tal-midja soċjali.

Matul il-lejl li ġej, Infrastructure Malta ser tkompli għaddejja bil-kisi ta’ aktar korsiji ta’ Triq Diċembru 13 b’asfalt ġdid.

Aqra aktar

Argument fuq tal-linja

Għadha kemm seħħet kommossjoni fuq karozza tal-linja fi Triq Aldo Moro fejn jidher li nħoloq xi tip t’argument.

Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu għall-ħabta tas-13.15.

Issejjħet il-pulizija fejn ikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Aktar informazzjoni malli taslilna.

 

Inċident tat-traffiku bejn mutur u karozza fil-Marsa

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11:25 ta’ dalgħodu qrib ir-roundabout ta’ Aldo Moro fil-Marsa, fid-direzzjoni ta’ Triq Diċembru Tlettax.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei biex tirċievi l-kura neċessarja.

Is-sewwieq tal-mutur irrifjuta l-għajnuna medika.

 

 

 

“Nirringrazzja lil Alla talli kien miegħi”

“Nixtieq nirringrazzja lil Alla talli kien miegħi għax għal naqra ma spiċċajtx id-dinja l-oħra.” Hekk qalet tfajla li jumejn ilu kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro wara li kawża tax-xita li għamlet dakinhar tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u ħabtet fil-crash barrier.

It-tfajla f’messaġġ fuq il-profil tagħha tas-sit soċjali Facebook irringrazzjat lil Alla li kien magħha waqt dan l-inċident sfortunat u kompliet billi qalet li kieku ma kienx magħha l-konsegwenzi setgħu kienu agħar u l-familjari u l-ħbieb tagħha kienu jqattgħu żmien il-Milied u sena l-ġdida mill-agħar.

Aqra aktar

Inċident fi Triq Aldo Moro

Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro, il-Marsa, direzzjoni lejn il-Belt.

Ford escort ħabtet ma’ central strip għall-habta tas-14:30. Is-sewwieqa mara ttieħdet b’urġenza l-isptar Mater Dei għall-kura.

Inħeġġu l-kawtela fis-sewqan hekk kif xita ħafifa li niżlet ftit ilu twitti t-triq għal ħafna inċident.

 

Send this to a friend