albanija – One News

Notifiki

Iffirmat ftehim bejn l-MCCAA u l-Awtorità tal-Kompetizzjoni tar-Repubblika tal-Albanija

Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista, llum kellu laqgħa uffiċjali maċ-Chairperson tal-Assemblea tar-Republika tal-Albanija, Gramoz Ruçi. Il-laqgħa kienet kordjali u matulha ġew diskussa diversi suġġetti, fosthom il-memorandum ta’ ftehim dwar kooperazzjoni bilaterali li ġie ffirmat fl-Albanija stess fil-jiem li għaddew. Il-ftehim kien iffirmat bejn l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u l-Awtorità tal-Kompetizzjoni tar-Repubblika tal-Albanija.

Aqra aktar

Lejn kooperazzjoni bilaterli aħjar bejn Malta u l-Albanija fil-qasam tal-kompetizzjoni

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, u l-Awtorità tal-Kompetizzjoni tar-Repubblika tal-Albanija llum iffirmaw ftehim dwar kooperazzjoni bilaterali. B’dan il-ftehim, iż-żewġ awtoritajiet se jkunu qed jirrikonuxxu l-valuri komuni li jimponu r-regolamenti fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni u l-infurzar tal-kompetizzjoni, biex jiġu diskussi l-aħjar prattiċi dwar l-ekonomija tal-antitrust u l-kontroll tal-amalgamazzjonijiet fost oħrajn, u biex jaqsmu riżultati tal-istudji u għarfien ieħor ippubblikat dwar il-politika tal-kompetizzjoni.Aqra aktar

L-iSpeaker f’laqgħa mal-ispeaker tal-Parlament Albaniż

L-iSpeaker Anġlu Farrugia ltaqa’ mal-iSpeaker tal-Parlament Albaniż Gramoz Ruçi għall-ewwel darba biex jiddiskutu r-relazzjonijiet ta’ bejn Malta u l-Albanija. Dr Farrugia qal Malta u l-Albanija għandhom diversi opportunitajiet u l-momentum li qabdu ż-żewġ pajjiżi għandu jibqa’ sejjer.

Huwa laqa’ l-fatt li riċenti kien stabbilit Inter-Parliamentary Friendship Group li se jiffċilita l-koperazzjoni u l-opportunitajiet bejn iż-żewġ pajjiżi

Send this to a friend