akkomodazzjoni socjali – One News

Notifiki

Se tinbena blokka ta’ appartamenti għall-akkomodazzjoni soċjali f’Għawdex

Il-Gvern ippubblika sejħa għall-offerti għall-bini ta’ appartamenti għal skop soċjal fil-qasam tad-djar li jinsab fiż-żona ‘Taċ-Ċawla’, fir-Rabat Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana qalet li l-binja se jkollha tmien appartamenti u se tkun aċċessibbli għal kulħadd. Hija żiedet tgħid li l-blokka se tinbena b’elementi favur l-ambjent.Aqra aktar

L-ewwel pass għal inizjattivi ta’ housing speċjalizzat; jitwaqqaf bord ta’ esperti biex tibda titwettaq miżura tal-Budget 2019

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jħabbar li twaqqaf bord ta’ esperti għal programmi speċjalizzati ta’ akkomodazzjoni (specialised housing programmes) fi ħdan l-Awtorità tad-Djar.

 Dan qed isir biex proġetti ta’ housing speċjalizzati ikkordinati minn NGOs li jipprovdu servizz mingħajr profitt jiġu appoġġjati bi gwidi ċari ta’ best practices, u għajnuniet oħra, fosthom għotjiet finanzjarji jew allokazzjonijiet ta’ spazji adekwati. Dan se jsir skont il-prijoritajiet li se jiġu stabbiliti mill-membri ta’ dan il-bord.Aqra aktar

Se jitħabbru miżuri dwar is-suq tal-propjetà fil-Baġit li ġej

In-numru ta’ familji li jistgħu jsejħu lilhom infushom sidien ta’ djarhom żdied b’aktar minn 12,000 familja, biex issa ftit anqas minn 80% tal-familji Maltin għandhom id-dar tagħhom.

Ċifrji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ististika juru li tul dawn l-aħħar ħames snin ta’ Gvern Laburista, ir-rata ta’ persuni li jgħixu mċaħħda mill-aktar affarijiet bażiċi kompla dejjem jonqos, biex minn numru li jlaħħqu €40,000 issa din iċ-ċifra niżlet għal 11,000.Aqra aktar

Send this to a friend