ajruport | One News - Part 9

Notifiki

Kju ta’ nies fl-ajruport wara inċident li jinvolvi l-għasafar

Qarrejja ta’ one.com.mt bagħtulna ritratti ta’ numru ta’ nies li qed jistennew għat-titjira tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, dan wara li hemm dewmien f’numru ta’ titjiriet. Ir-raġuni wara dan id-dewmien huwa ħsara f’wieħed mill-ajruplani tal-Air Malta wara inċident li jinvolvi l-għasafar. L-Air Malta spjegat li l-inġiniera tagħha qed jagħmlu tiswijiet fuq dan l-ajruplan biex ikun jista’ jerġa jibda jopera.

Aqra aktar

Ryanair tibbaża ajruplan ieħor f’Malta: 2.1 miljun klijent

B’investiment addizzjonali ta’$ 100 miljun f’ajruplan ieħor ibbażat Malta, il-kumpanija tal-ajru Ryanair ħabbret l-iskeda tagħha għas-sajf 2017.

Se jkun hemm sitt rotot ġodda lejn Brussell, Catania, Nuremberg, Toulouse, Valencia u Vilnius.

Permezz ta’ dawn ir-rotot, Ryan se taqdi 2.1 miljun klijent u issostni 1,600 impjieg. 

B’hekk fis-sajf li ġej, Ryanair se jkollhom erba’ ajruplani bbażati hawn Malta, sitt rotot ġodda u aktar titjiriet lejn Dublin u East Midlands.  B’kollox se jkun hemm 42 rotta, u aktar minn 140 titjira fil-ġimgħa.

 

Min impressjonat bl-akrobaziji, u min bis-servizz

Ilbieraħ bdiet il-Malta International Airshow. Bosta kienu qed jistennew bi ħġarhom il-wirja spettakolari li matula setgħu jaraw spettaklu fl-art, fl-ajru u anke jitkellmu mal-piloti.

L-ajruplani jinsabu għall-esebizzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u għall-ewwel darba l-ispettaklu ta’ akrobaziji fl-ajru jistgħu jkunu segwiti minn Smart City.

Unika għal din is-sena hija l-preżenza tal-forzi tal-ajru Ukreni, u bħala parti mill-wirja fuq l-art hemm ukoll ajruplan tat-trasport tat-tip Iljushin Il-76. Dan huwa l-ewwel ajruplan Il-76 iżda wkoll l-ikbar ajruplan tat-trasport li qatt kien eżebit hawn Malta.

L-ispettaklu f’pajjiżna, li se jkompli llum, ġibed l-attenzjoni tal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters, b’ritratt ta’ Darrin Zammit Lupi.

Aqra aktar

Tibda l-Airshow!

Illum tibda l-Malta International Airshow. Il-pubbliku jista’ jgawdi mill-opportunita’ li jara l-ajurplani mill-viċin u jieħu r-ritratti. Bla dubju, bosta Maltin ikunu qed jistennew bi ħġarhom din il-wirja spettakolari li matula se jkunu jistgħu jitkellmu wkoll mal-piloti.
Aqra aktar

F’Awwissu jinkiser kull rekord ta’ passiġġieri

Il-movimenti tal-passiġġieri bla preċedent ta’ Awwissu, li ammontaw għal 598,515, kisru kull rekord tat- traffiku stabbilit mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Il-previżjonijiet inizjalment indikaw li tul l-aktar jum impenjattiv ta’ Awwissu, l-ajruport kien mistenni jilqa’ madwar 22,500 passiġġier. L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonferma li din iċ-ċifra prevista nqabżet u l-ajruport fil-fatt laqa’ 22,908 passiġġier.

Aqra aktar

Se ssiefer is-Sibt? Ħu ħsieb għax se jkun jum rekord

Kollox jindika li s-Sibt li ġej se jgħaddu l-akbar ammont ta’ passiġġieri mit-terminal tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal dan is-sajf. Maratona ta’ 148 tluq u nżul ta’ ajruplani ser twassal lil 22,500 passiġġier fid-destinazzjoni tal-btala tagħhom jew lura d-dar hekk kif il-vaganza tagħhom tiġi fi tmiemha.

Aqra aktar

Aktar minn nofs miljun passiġġier fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta f’Lulju

  •  Lulju jesperjenza tkabbir ta’ 5.9% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet
  •  Is-suq Spanjol jerġa’ jistabbilixxi ruħu bħala wieħed mill-aqwa swieq tal-MIA
  •  Aktar minn 2 miljun passiġġier jgħaddu mill-MIA fix-xhur tas-sajf s’issa

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar li f’Lulju biss għaddew aktar minn 580,000 passiġġier mill-ajruport; kważi daqs il-popolazzjoni tal-akbar belt tal-Iskozja, Glasgow.

Din iċ-ċifra għal Lulju tfisser li kien hemm żieda ta’ 5.9% fil-movimenti tal-passiġġieri fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet minħabba żieda fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet ta’ 3.1% u seat load factor (SLF) imtejjeb. B’effiċjenza ta’ 88% fil-mili ta’ dawn il-postijiet, is-seat load factor tax-xahar li għadda stabbilixxa rekord ġdid għal Lulju.

L-aqwa ħames swieq baqgħu relattivament l-istess, bir-Renju Unit iżomm l-ewwel post segwit mill- Italja, il-Ġermanja u Franza. Bi tkabbir sostanzjali ta’ 20.8%, Spanja kisbet il-ħames post u b’hekk reġgħet dehret mal-aqwa swieq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-ewwel darba din is-sena. Dawn ir-riżultati inkoraġġanti jindikaw li l-ħidma tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sabiex jerġa’ jirkupra t-traffiku minn Spanja qed tagħti l-frott. Is-suq Spanjol esperjenza l-ogħla rata ta’ tkabbir meta mqabbel mas-swieq l-oħrajn.

Aqra aktar

L-ajruport inaqqas l-emissjonjiet ħżiena b’700 tunnellata

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta naqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra bi kważi 700 tunnellata fl-2015, filwaqt li naqqas l-emissjonijiet tas-CO2 minn 2.29 kilos għal kull passiġġier għal 1.98 kilo, li jfisser titjib ta’ 13.5%

Din l-informazzjoni toħroġ mir-Rapport dwar is-Sostenibbiltà tal-ajruport li ġie kkumpilat f’konformità mal-linji gwida tal-Global Reporting Initiative (GRI), li huma użati fuq livell globali.

Ir-rapport jiżvela wkoll li l-MIA injettat aktar minn €58 miljun fl-ekonomija lokali fl- 2015 f’forma ta’ kostijiet tal-operat, pagi, benefiċċji, pagamenti lill-Gvern u investimenti fil-komunità lokali.Aqra aktar

Kju ta’ nies wara l-bieb tat-Turkish Airlines fl-ajruport

Ftit sigħat wara li dak li ġara fit-Turkija, titijiriet lejn Istanbul ġew ikkanċellati.

Numru ta’ persuni li kienu se jsiefru lejn dan il-pajjiż, li f’daqqa waħda qed jidher bħala pajjiż instabbli, sabu posthom wara l-bieb tat-Turkish Airlines f’pajjiżna bl-għan li jaraw x’arranġamenti jistgħu jgħamlu.

F’kummenti ma one.com.mt dawn il-persuni stqarru  li minkejja s-sitwazzjoni instabbli tal-pajjiż xorta waħda jixtiequ jirritornaw lejn it-Turkija kemm jista’ jkun malajr.

Il-linja tal-ajru Turkish  Airlines ikkanċellat kull titjira lejn it-Turkija.

Aqra aktar

Send this to a friend