ajruport | One News - Part 8

Notifiki

L-istaġun tax-xitwa fetaħ fuq nota eċċellenti fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Novembru rreġstra tkabbir impressjonanti ta’ 22.4% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. Din hija bla dubju l-akbar żieda f’xahar għall-elfejn u sittax , wara li qabżet it-tkabbir ta’ 19% irreġistrat f’Marzu ta’ din is- sena.

L-ajruport qal li t-tkabbir ta’ Novembru jawgura tajjeb għall-isforzi miżjudin tal-partijiet interessati prinċipali tal-industrija biex jiżguraw li l-gżejjer Maltin ikunu destinazzjoni mfittxa għall-vaganzi tul is-sena kollha. Dan it-tkabbir fil-movimenti tal-passiġġieri ġie rreġstrat b’mod parallel ma’ żieda ta’ 17% fil-movimenti tal- ajruplani u żieda ta’ 21.3% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet.

Aqra aktar

Jekk issiefer ħafna lejn l-Ingilterra…

…għandek aħbarijiet tajba.

L-ajruport ta’ Heathrow se jikber fid-daqs. Dan wara li l-espansjoni ġiet apporvata minn kumitat ta’ Ministri fil-parlament Ingliż. Din hija deċiżjoni li Downing Street għad trid tikkonferma uffiċjalment, u s-Segretarju għat-Trasport Chris Grayling mistenni jagħmel stqarrija aktar tard illum.

Studju li sar is-sena li għaddiet irrakkomanda li tinbena t-tielet runway f’Heathrow, pero qed ikun ikkunsidrat runwat f’Gatwick minflok, jew inkella li tkun estiża runway diġa eżistenti f’Heathrow.

Id-drittijiet tiegħek jekk weħilt fl-ajruport

Fid-dawl tal-inċident li seħħ dalgħodu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fejn ajruplan iġġarraf u ħalla ħames Franċiżi mejta. L-Awtoritá tal-Kompetizzjoni u l-affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fakkret id-drittijiet tal-passiġġieri li esperjenzaw dewmien fit-titjiriet tagħhom hekk kif għal ftit sigħat, ma telqet l-ebda titjira mill-Ajruport ta’ Malta.
Aqra aktar

L-EBDA TITJIRA MA TITLAQ MILL-AJRUPORT TA’ MALTA

Wara l-inċident li fih kien involut ajruplan, it-titjiriet skedati li jitilqu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jittardjaw hekk kif bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ. It-titjiriet li kellhom jaslu f’Malta, huma mwaqqfa milli jidħlu. Titjira li waslet minn Catania, kellha terġa’ lura.
Aqra aktar

NOFS MILJUN IEĦOR

B’total ta’ 531,962 passiġġier, Settembru kien it-tielet xahar konsekuttiv li fih għaddew millAjruport Internazzjonali ta’ Malta aktar minn nofs miljun passiġġier.

Aqra aktar

Send this to a friend