ajruport | One News - Part 4

Notifiki

Tingħalaq ir-runway minħabba drone

Drone li kien qed jittajjar viċin tal-ajruport ta’ Gatwick wassal biex tingħalaq ir-runway.

Kelliem għall-ajruport qal li r-runway ingħalqet għal total ta’ 14-il minuta l-Ħadd filgħaxija meta l-ħaddiema tal-ajruport lemħu d-drone.

Aqra aktar

L-MIA tiġġenera erba’ darbiet aktar enerġija nadifa

 L-MIA tnaqqas l-emmissjonijiet CO2 b’169 tunnellata

It-tieni rapport dwar is-sostenibbiltà tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta juri li investiment ta’ aktar minn €300,000 fil-pannelli fotovoltajċi wassal lill-kumpanija sabiex iżżid il-ġenerazzjoni tagħha ta’ enerġija nadifa b’erba’ dabiet u b’hekk tirreġistra tnaqqis fl-emissjonijiet tad-CO2. Permezz tal-kumpilazzjoni ta’ dan ir-rapport, f’konformità mal-istandards tal-Global Reporting Initiative (GRI), l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jagħmel sforz sabiex jiddokumenta s-suċċessi u n-nuqqasijiet tiegħu f’sena partikolari, fir-rigward tal-pilastri ekonomiċi, ambjentali u soċjali tas-sostenibbiltà.

Aqra aktar

Jekk se ssiefer fil-jiem li ġejjin, ara għalfejn għandek tasal kmieni l-Ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq javża lill-passiġġieri li t-terminal ser ikun għaddej minn aktar bidliet sinifikanti fil-ġranet li ġejjin, hekk kif tiġi introdotta gradwalment iż-Żona tal-Iskrining tas-Sigurtà l-ġdida tal- ajruport.

Din iż-żona, li bħalissa tinsab fuq il-pjan terran tat-terminal, ser tiġi rilokata għall-ewwel sular, fejn ser tkun mifruxa fuq erja ħafna akbar. Il-biċċa l-kbira ta’ dan il-proċess ser issir tul il-ġimgħa li ġejja, u huwa maħsub li ż-żona tal-iskrining tas-sigurtà l-ġdida tibda tintuża bejn it-Tlieta 27 ta’ Ġunju u lErbgħa 28 ta’ Ġunju. L- infrastruttura tas-sigurtà kritika kollha ser tiġi attivata dakinhar, iżda xxogħlijiet ser jibqgħu għaddejjin tul ix- xahar li ġej waqt li jiġi kkummissjonat xi tagħmir.

Dawn ix-xogħlijiet huma mistennijin li jkollhom impatt limitat fuq l-esperjenza tal-passiġġieri. Iż-żona tas-sigurtà l-ġdida li tokkupa erja li hija d-doppju ta’ dik eżistenti ser tkun qed tibbenefika minn tagħmir tal-ogħla livell inklużi teknoloġija tal-iskrining ġdida, magni li jaqraw il-boarding passes u sistemi ta’ ritorn tat- trejs. Din iż-żona ser tintroduċi wkoll spazju ta’ 180 metru fejn ilpassiġġieri ser ikunu jistgħu jiffurmaw kju, ħafna dawl naturali u għażla ta’ fast track għal dawk li jkunu qed jivvjaġġaw fuq xogħol jew bi tfal żgħar.

Aqra aktar

Aktar minn nofs miljun passiġġier rreġistrat fix-xahar ta’ Mejju

  • It-traffiku f’Mejju jikber b’14.4% fuq is-sena li għaddiet
  • Mejju t-tieni xahar li jirreġistra aktar minn nofs miljun moviment tal-passiġġieri din is-sena
  • L-aqwa 5 swieq tal-MIA jibqgħu jikbru wara titjib fil-kapaċità lejn dawn id-destinazzjonijiet

Hekk kif is-sajf għall-industrija tal-avjazzjoni dieħel ġmielu, it-traffiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kompla bix-xejra pożittiva li qabad tul ix-xhur li għaddew, u Mejju rreġistra tkabbir ta’ 14.4% fin-numru ta’ passiġġieri fuq l-istess żmien is-sena li għaddiet.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ total ta’ 548,354 passiġġier f’Mejju, jiġifieri ’l fuq minn 68,000 passiġġier aktar meta mqabbel ma’ Mejju 2016.

Aqra aktar

Tinfetaħ observation deck b’dehra ġdida fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għadu kemm fetaħ l-observation deck tiegħu għall-pubbliku, wara għeluq temporanju li ppermetta li kemm dan l-ispazju u kemm l-esperjenza provduta jingħataw ħajja ġdida.

Id-deck, li tinsab fit-tielet sular tat-terminal, hija punt uniku minn fejn wieħed jista’ jgawdi veduti eċċezzjonali tar-runway bl-irħula li jdawru l-ajruport fl-isfond. Għadd ta’ installazzjonijiet tul il-kuritur li jwassal għad-deck jieħu lill-viżitaturi fuq vjaġġ tul l-istorja tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u jipprovdu lil dawk li huma dilettanti tal-avjazzjoni b’għadd ta’ fatti u figuri interessanti.

Aqra aktar

Raġel arrestat fl-ajruport wara sejba ta’ droga

 

Ilbieraħ wara nofsinhar, l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga arrestat raġel Grieg ta’ 45 sena fl-ajruport.

Il-raġel ġie arrestat mal-wasla tiegħu ġewwa l-ajruport Internazzjonali ta’ Malta u wara tfittxija li saret fil-bagalja instabu pakketti suspettużi li kienu jikkonsistu f’madwar 3 kilo sustanza bajda, suspettata kokaina.

Bil-każ ġie nfurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr N.Camilleri LL.D fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuħ fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Aqra aktar

Sena ta’ suċċessi u rekords għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Is-sena li għaddiet kienet waħda ta’ suċċessi u rekords għall-Ajruport Internazzjoni ta’ Malta fejn apparti li nkiser rekord ta’ kemm għaddew passiġġieri minn dan l-ajruport kien hemm aktar suċċessi rreġistrati f’diversi oqsma. Suċċess li wasal biss grazzi għall-ħidma tal-ħaddiema u l-uffiċjali tal-ajruport u kif ukoll, grazzi għall-isforz tal-Gvern Malti. Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-ajruport waqt li kien qed jindirizza l-ħamsa u għoxrin laqgħa ġenerali annwali tal-istess ajruport.

In-numru ta’ passigġiera li għaddew mill-ajruport Malti kien ta’ 10% iżjed minn dak tas-sena 2015, b’dan jagħmlu fost l-aqwa ħames ajruporti.

Aqra aktar

Send this to a friend