ajruport | One News - Part 3

Notifiki

L-MIA b’serje ta’ eżerċizzji bi preparazzjoni għat-titjib fis-sistema li tipproċessa l-bagalji

Bi tħejjija għat-titjib li ser isir fis-sistema tal-ajruport li tipproċessa l-bagalji (Baggage Handling System (BHS)), fuq liema diġà qed isiru xi xogħlijiet, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ser ikun qed iwettaq serje ta’ eżerċizzji biex jiżgura perjodu ta’ tranżizzjoni mingħajr intoppi, filwaqt li jevalwa wkoll kemm huwa ppreparat f’każ ta’ problemi fl-ipproċessar tal-bagalji.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq javża lill-passiġġieri li nhar it-Tnejn 20 ta’ Novembru ser isir eżerċizzju ta’ simulazzjoni bejn l-16:00 u s-18:00, f’liema ħin l-ajruport ser ikun qed jopera sistema manwali ta’ proċessar tal-bagalji.

 

Aqra aktar

26,000 persuna f’jum wieħed

Jum wieħed, sitta u għoxrin elf passiġġier. 

B’hekk il-Ħamis sbatax t’Awwissu se jitniżżel fl-istorja tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li nkiser ta’ rekord ta’ passiġġieri li għaddew minnu f’jum wieħed

Fil-fatt, ir-rekord tas-sena li għaddiet, li kien jammonta għal tnejn u għoxrin elf f’jum inqabeż b’erbat elef passiġġier.

Aqra aktar

Jekk se ssiefer l-Erbgħa aħseb kmieni

Filwaqt li ħafna qegħdin jippakkjaw il-bagalji biex jieħdu l-vaganza tas-sajf tagħhom, it-tim tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qiegħed jantiċipa jiem li ser iġibu magħhom ħafna aktar xogħol.

Awwissu huwa l-aktar xahar impenjattiv għall-ajruport u, din is-sena, in-numru ta’ passiġġieri mistenni jilħaq il-quċċata tiegħu fis-17 tax-xahar. Dakinhar, huwa mistenni li mit-terminal jgħaddu mas-26,000 passiġġier.

Aqra aktar

Rekord fl-ammont ta’ passiġġieri li għaddew mill-MIA matul Lulju

Is-sajf qiegħed ikun impenjattiv mhux ħażin għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, bin-numru ta’ vjaġġaturi li għaddew mit-terminal f’Lulju jirreġistra żieda ta’ aktar minn 90,000 moviment tal-passiġġieri. Din iż-żieda ssarraf fi tkabbir ta’ 15.5%  fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet.

Is-675,111-il moviment tal-passiġġieri ta’ Lulju qabżu r-rekord tat-traffiku preċendenti tal-ajruport – milħuq f’Awwissu 2016 – bi 12%.

Kif ġie nnutat anki f’xhur preċedenti, il-figuri inkoraġġanti ta’ Lulju rriżultaw minn żieda fil-movimenti tal- ajruplani. Dawn kibru bi 13.6%, u sal-aħħar tax-xahar ġew osservati 4,562 tlugħ u nżul tal-ajruplani. Barra minn hekk, in-numru ta’ sits disponibbli fuq it-titjiriet żdied b’16.5%. Minkejja tnaqqis ta’ 1.3 punti perċentwali, is- seat load factor (SLF) ta’Lulju kien wieħed pjuttost għoli ta’ 86.7%.

Aqra aktar

REKORD għall-Ajruport – intuża ferm aktar f’temp ta’ sitt xhur

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien diġà rreġistra aktar minn 2,600,000 moviment tal-passiġġieri – żieda ta’ 20% fuq l-istess perjodu fl-2016.

Dan intqal f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Alan Borg ħabbar ir-riżultati tal-Ajruport għall-ewwel sitt xhur tas-sena.

L-aktar suq popolari baqa’ r-Renju Unit, u l-Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Belġju jsegwu rispettivament.

L-aktar tliet ajruporti li ġabu passiġġieri lejn pajjiżna kienu Gatwick f’Londra, Fiumicino f’Ruma u Fontanarossa f’Catania.Aqra aktar

Issa b’titjira diretta lejn Skopje mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

L-ewwel titjira minn Skopje, operata mil-linja tal-ajru Wizz Air, niżlet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta aktar kmieni llum, u b’hekk stabbilixxiet pont ieħor mal-Balkani. It-titjiriet lejn il-kapitali tal-Maċedonja ser ikunu qed jitilqu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa.

Skopje li tinsab fil-qiegħ tal-muntanja Vodno hija abitata minn madwar nofs miljun ruħ. Mill-quċċata ta’ din il-muntanja, li hija aċċessibbli kemm għal min ikun jixtieq jimxi u kemm bil-funikular, wieħed ikun jista’ jgawdi lil Skopje minn angolu differenti. Il-parti l-antika – Čaršija – għandha influwenzi Biżantini u Ottomani qawwijin.

Aqra aktar

Send this to a friend