ajruport | One News - Part 2

Notifiki

Id-Dwana se ssaħħaħ ħidmietha fl-Ajruport

Id-Dwana Maltija kkonfermat li l-qabda tat-Tnejn li għadda ammontat għal 10,729.40kg raża suspettata kannabis. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li d-droga nstabet f’żewġ kontejners, u f’iżjed minn 53,647 pakkett b’valur fis-suq ta’ €28,500,000.

Ġie kkonfermat ukoll li fiż-żewġ kontejners l-oħra ma nstabet l-ebda  droga. L-erba’ kontejners ġew mis-Sirja u kienu fi triqthom lejn il-Libja.Aqra aktar

L-Ajruport ta’ Tripli taħt attakk

Titjiriet kellhom ikunu ddevjati lejn ajruporti oħra wara li fil-Kapitali tal-Libja, Tripli, ġew sparati missili lejn l-ajruport.
Dan seħħ f’anqas minn ġimgħa wara li n-Nazzjonijiet Magħquda innegozjat waqfien mill-ġlied bejn gruppi armati fi Tripli.Aqra aktar

ARA: L-iktar jum bieżel fl-ajruport

B’mija u tmenin titjira, fil-jum tal-Ħadd l-ajruport fetaħ il-bibien tiegħu għal madwar tmienja u għoxrin elf passiġġier biex b’hekk din kienet meqjusa bħala l-iktar ġurnata bieżla tas-sena fl-ajruport.

Aqra aktar

Send this to a friend