ajruport internazzjonali ta' malta | One News

Notifiki

L-Ajruport ta’ Malta jniedi gwida viżiva għat-terminal fix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar l-awtiżmu

Sabiex ifakkar il-Jum Dinji ta’ Għarfien dwar l-Awtiżmu, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta xegħel il-faċċata tiegħu b’dawl blu, filwaqt li kkumplementa dan il-ġest simboliku b’inizjattiva mmirata li tiffaċilita l-vjaġġ mit-terminal għal passiġġieri bl-awtiżmu u persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom.

Aqra aktar

Bħalissa għaddej l-eżerċizzju ta’ emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

L-eżerċizzju ta’ emerġenza tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jitwettaq biex ikun ivverifikat il-livell ta’ preparazzjoni tal-partijiet interessati ewlenin li jiġu mmobilizzati f’każ ta’ aċċident fl-ajruport.

Permezz ta’ dan l-eżerċizzju fuq skala kbira, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jkun qed jivverifika l-adegwatezza tal-Pjan ta’ Rispons għal Emerġenza tal-Ajruport (AERP) li ġie emendat dan l-aħħar, f’konformità mal-obbligi regolatorji tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA). Dan l-eżerċizzju se jservi wkoll biex tiġi ddeterminata l-effettività tas-sistema ta’ kmand u kontroll tal-MIA għall-ġestjoni ta’ inċidenti u biex tittestja s-sistemi ta’ komunikazzjoni u tar-riżorsi ta’ emerġenza fis-seħħ.

Aqra aktar

Jinqabdu jittimbraw il-passaporti lill-persuni li fil-verità jibqgħu f’pajjiżna.

Wara ġimgħat ta’ investigazzjoni, il-Pulizija ta’ Malta kellha suspett illi passaporti ta’ persuni li kienu f’pajjiżna għal aktar minn tliet xhur skont il-liġi, kellhom il-passaport tagħhom ittimbrat b’tali mod li juri li l-istess persuni ħarġu minn pajjiżna meta fil-verità dawn ma kinux ħarġu.

Immigration Officer mara nstabet li kienet il-persuna li qed tittimbra dawn il-passaporti, u li persuna barranija mill-Maċedonja li kellha kuntatt miegħu kien qiegħed jgħaddilha dawn il-passaporti ta’ diversi persuni barranin. Il-persuna msemmija telgħet il-Qorti u ġiet sospiża mill-impjieg, filwaqt li l-persuna barranija li kellha kuntatt magħha ttellgħet il-Qorti wkoll.

Aqra aktar

Aktar minn nofs miljun passiġġier rreġistrat fix-xahar ta’ Mejju

  • It-traffiku f’Mejju jikber b’14.4% fuq is-sena li għaddiet
  • Mejju t-tieni xahar li jirreġistra aktar minn nofs miljun moviment tal-passiġġieri din is-sena
  • L-aqwa 5 swieq tal-MIA jibqgħu jikbru wara titjib fil-kapaċità lejn dawn id-destinazzjonijiet

Hekk kif is-sajf għall-industrija tal-avjazzjoni dieħel ġmielu, it-traffiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kompla bix-xejra pożittiva li qabad tul ix-xhur li għaddew, u Mejju rreġistra tkabbir ta’ 14.4% fin-numru ta’ passiġġieri fuq l-istess żmien is-sena li għaddiet.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ total ta’ 548,354 passiġġier f’Mejju, jiġifieri ’l fuq minn 68,000 passiġġier aktar meta mqabbel ma’ Mejju 2016.

Aqra aktar

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jgħid li mhux affettwat mid-deċiżjonijiet ta’ Trump

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sostna li mhux qed jiġi affettwat mid-deċiżjoni li ħa l-President Amerikan Donald Trump fejn issospenda d-dħul ta’ ċittadini minn għadd ta’ pajjiżi Musulmani biex jidħlu fl-Istati Uniti.

Kelliema għall-ajruport spjegat li peress li minn Malta m’hemm l-ebda titjira diretta lejn l-Amerka, id-deċiżjoni Amerikana mhux tolqotna.

Madankollu sorsi mill-ajruport sostnew ma’ dan is-sit elettroniku li kien hemm numru żgħir ta’ persuni fosthom Sirjani li ma tħallewx jitilqu minn Malta meta kienu sejrin lejn destinazzjoni oħra biex imbagħad minn hemm jaqbdu ajruplan ieħor lejn l-Amerka.

Aqra aktar

Send this to a friend