ajru – One News

Notifiki

Il-kontrollur li ilu 38 sena jgħasses li jitilgħu u jinżlu f’Malta

Qatt ħsibt kif il-bdot qatt ma jtajjar ajruplan qrib ieħor iżda kollha jtiru lejn id-destinazzjoni tagħhom bla xkiel?

Dan bis-saħħa tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru li f’torri tal-kontroll fl-Imqabba jkunu b’seba’ għajnejn isegwu kull ajruplan li mhux biss jitla’ u jinżel fl-ajruport, iżda wkoll dawk li jgħaddu mill-ispazju tal-ajru ta’ pajjiżna li huwa wieħed vast. Aqra aktar

Aġġornat: Diżgrazzja fl-ajru: 71 passiġġier maħsuba mejta

Ajruplan Russu b’71 passiġġier ġie rrapportat nieqes wara li telaq mill-ajruport internazzjonali ta’ Domodedova f’Moska, ir-Russja. Dan kien ikkonfermat lill-midja Russa minn sorsri qrib is-servizzi tal-emerġenza.

L-ajruplan għib minn fuq ir-radar għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar ħin lokali (13.00) minn għoli ta aktar minn ħames t’elef pied. Fuq l-ajruplan kien hemm ħamsa u sittin passiġġier flimkien ma’ ekwipaġġ ta sitt persuni.

L-ajruplan tat-tip Antonov 148 telaq mill-ajruport ta’ Moscow Domodedovo lejn Orsk viċin tal-fruntiera ta l-Każakstan.

Il-Maltin jgħinu bdoti jieħdu deċiżjonijiet f’waqthom

Riċerka tal-Università ta’ Malta żviluppat teknoloġija li għandha tgħin il-bdoti jieħdu deċiżjonijiet f’waqthom.

Dawn huma kameras speċjalizzati li permezz tagħhom min ikun qed isuq l-ajruplan ikun jista’ jara aħjar l-ostakli li jiffaċja waqt it-titjira. B’hekk il-proġett, bl-isem ta’ SAGRO, ħoloq sistema flessibli li se żżid is-sigurtà  waqt it-titjiriet.Aqra aktar

Esperti Maltin se jitħarrġu b’rabta ma’ inċidenti fl-ajru

Dak li ġara jumejn qabel il-Milied seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar. F’każ li jseħħ xi forma ta’ inċident bl-ajru f’territorju Malti, jeħtieġ li esperti jkun mħarrġa, kemm għal dak il-ħin kif ukoll għal waqt l-investigazzjonijiet.

Intlaħaq ftehim bejn entità Maltija li twettaq ħidma b’rabta ma’ inċidenti fl-ajru, u entità simili Ingliża. Il-Maltese Bureau of Air Accident Investigation (BAAI) iffirmat ftehim mal-Air Accidents Invegstigation Branch fi ħdan id-Dipartiment tat-trasport fir-Renju Unit.

L-għan hu li ż-żewġ entitajiet jikkoperaw b’rabta ma’ inċidenti bl-ajru u l-investigazzjonijiet li jseħħu wara. Flimkien se jaqsmu esperjenzi u metodi f’diversi aspetti tekniċi. Se jiddiskutu l-użu ta’ għodda adattata u t-tip ta’ riċerka li qed issir u li teħtieġ issir.

Aqra aktar

It-triq ‘l quddiem fis-settur turistiku

Fil-parlament dalgħodu l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis tkellem dwar l-Air Malta u qal li l-Gvern jemmen li għandha bżonn sieħeb strateġiku, iżda ma jeskludix l-investiment lokali ladarba din tkun b’saħħitha finanzjarjament. Sostna madanakollu li jekk joffri isħma fiha bħalissa meta hija midjuna, jkun qed jikser il-liġi.

Il-Ministru Zammit Lewis faħħar il-ftehim biex f’Malta jiġu 10,000 turist Ċiniż, hekk kif imħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ fil-Parlament. Qal ukoll li l-Gvern irid li wara li r-Renju Unit jitlaq mill-UE, jibqa’ jagħti lit-turisti Ingliżi l-istess kundizzjonijiet li jgawdu llum, u dan jagħmlu permezz ta’ ftehim bi-laterali.

Aqra aktar

Min impressjonat bl-akrobaziji, u min bis-servizz

Ilbieraħ bdiet il-Malta International Airshow. Bosta kienu qed jistennew bi ħġarhom il-wirja spettakolari li matula setgħu jaraw spettaklu fl-art, fl-ajru u anke jitkellmu mal-piloti.

L-ajruplani jinsabu għall-esebizzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u għall-ewwel darba l-ispettaklu ta’ akrobaziji fl-ajru jistgħu jkunu segwiti minn Smart City.

Unika għal din is-sena hija l-preżenza tal-forzi tal-ajru Ukreni, u bħala parti mill-wirja fuq l-art hemm ukoll ajruplan tat-trasport tat-tip Iljushin Il-76. Dan huwa l-ewwel ajruplan Il-76 iżda wkoll l-ikbar ajruplan tat-trasport li qatt kien eżebit hawn Malta.

L-ispettaklu f’pajjiżna, li se jkompli llum, ġibed l-attenzjoni tal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters, b’ritratt ta’ Darrin Zammit Lupi.

Aqra aktar

Lejl imċajpar

Il-lejl li għadda niżel ħafna ċpar fuq il-gżejjer Maltin, kif juru dawn ir-ritratti meħudin tas-Sliema, Kordin u r-Rabat. Kienu ħafna dawk li bdew jistaqsu x’qed jiġri, hekk kif is-sema donnha niżlet fl-art u ċajpret il-veduta ta’ min inzerta kien barra s-Sibt filgħaxija.

Aqra aktar

L-ewwel inżul ta’ Czech Airlines f’pajjiżna

Mil-lum waranofsinhar se tibda topera l-linja tal-ajru Czech Airlines lejn pajjiżna. Din hija l-ewwel darba li l-linja nazzjonali tal-ajru tar-Repubblika Ċeka se topera minn Malta.

Czech Airlines se topera żewġ titjiriet fil-gimgħa lejn pajjizna mill-kapitali Ċeka, Praga kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Sibt.

Aqra aktar

Send this to a friend