airport | One News

Notifiki

REKORD għall-Ajruport – intuża ferm aktar f’temp ta’ sitt xhur

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien diġà rreġistra aktar minn 2,600,000 moviment tal-passiġġieri – żieda ta’ 20% fuq l-istess perjodu fl-2016.

Dan intqal f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Alan Borg ħabbar ir-riżultati tal-Ajruport għall-ewwel sitt xhur tas-sena.

L-aktar suq popolari baqa’ r-Renju Unit, u l-Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Belġju jsegwu rispettivament.

L-aktar tliet ajruporti li ġabu passiġġieri lejn pajjiżna kienu Gatwick f’Londra, Fiumicino f’Ruma u Fontanarossa f’Catania.Aqra aktar

Splużjoni kbira qrib l-ajuport ta’ Damasku

Is-Syrian Observatory for Human Rights irrappporta fl-aħħar ħin li splużjoni kbira ħakmet l-inħawi viċin l-ajruport internazzjonali ta’ Damasku, fis-Sirja. Tant kienet qawwijja li setgħet tinstema’ minn diversi nħawi tal-kapitali Sirjana. Wara l-isplużjoni kien hemm nirien kbar viċin l-ajruport iżda s’issa għad m’hemm ebda rapport ta’ nies mejta jew midruba. Għad ma hemm ebda konferma min hu responsabbli għal dan.

EMERĠENZA: ajruplan jagħmel takeoff u landing f’temp ta’ minuti hawn Malta

Illum fil-11:40, ajuplan tat-tip Cessna 441 iddikjara stat ta’ emerġenza wara li telaq mill-Ajruport Internazjonali ta’ Malta. Minħabba ħsarat tekniċi, l-istess ajruplan kellu jdur lura u jabortixxi l-vjaġġ. L-ajruplan għamel inżul ta’ emerġenza f’Malta mill-ġdid. Ħaddiema tal-emerġenza fi ħdan l-ajruport attendew millewwel bħala miżura ta’ sigurtà, iżda l-ajruplan niżel mingħajr problemi, żewġ minuti wara nofsinhar.

 

SIGURTÀ: Se jiddaħħlu kontrolli fl-ajruport mill-ġdid

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali avża lill-pubbliku li, minħabba raġunijiet ta’ sigurtà marbuta mas-Summit Informali ta’ Malta fit-3 ta’ Frar 2017, u l-laqgħa tal-Valletta Action Plan fit-8 u d-9 ta’ Frar 2017, se jerġgħu jiddaħħlu l-kontrolli fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u fit-terminal tal-passiġġieri fil-Belt Valletta għal tluq u wasliet minn stati fiż-żona Schengen.

Dawn il-kontrolli se jiddaħħlu mill-21 ta Jannar 2017 sad-9 ta’ Frar 2017.

Anzjana fl-ajruport b’€21,000 fil-basket…tispiċċa misruqa

Bulgara ta’ 50 sena instabet ħatja li serqet basket ta’ mara li kellu €21,000 fih.

Marija Ognayanova Petrova wieġbet ħatja li f’ Marzu li għadda, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta serqet lil Bulgara oħra ta’ 79 sena. Mill-Investigazzjonijiet tal-Puliżija irriżulta li qabel mal-Bulgari waslu Malta, Petrova semgħet lill-anżjana tgħid li kienet qed iġġor kwantità kbira ta’ flus kontanti fil-basket minn bejgħ ta’ propjeta li kienet bi ħsiebha tgħix bihom f’ Malta.

Aqra aktar

L-istaġun tax-xitwa fetaħ fuq nota eċċellenti fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Novembru rreġstra tkabbir impressjonanti ta’ 22.4% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. Din hija bla dubju l-akbar żieda f’xahar għall-elfejn u sittax , wara li qabżet it-tkabbir ta’ 19% irreġistrat f’Marzu ta’ din is- sena.

L-ajruport qal li t-tkabbir ta’ Novembru jawgura tajjeb għall-isforzi miżjudin tal-partijiet interessati prinċipali tal-industrija biex jiżguraw li l-gżejjer Maltin ikunu destinazzjoni mfittxa għall-vaganzi tul is-sena kollha. Dan it-tkabbir fil-movimenti tal-passiġġieri ġie rreġstrat b’mod parallel ma’ żieda ta’ 17% fil-movimenti tal- ajruplani u żieda ta’ 21.3% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet.

Aqra aktar

Fi tliet snin, ix-xogħol żdied b’20%

  • IĦARSU LEJN IKTAR INVESTIMENT F’PAJJIŻNA
  • IL-FTEHIM MAL-EASYJET TA’ STABBILTÀ KBIRA

Lura fis-sena elfejn u tnejn, il-Lufthansa Technik iddeċidiet li tistabbilixxi bażi ta’ manutenzjoni f’pajjiżna. Minn hemm ma ħarsitx lura, bniet l-istorja tagħha u kompliet tiżviluppa u tikber. Biex issa ilha f’pajjiżna erbatax-il sena.

Snin li waslu biex Malta issir ikkunsidrata bħala flagship għall-kumpanija li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Hamburg il-Ġermanja.

F’Awwissu ta’ din is-sena, Lufthansa Technik Malta ħatret Kap Eżekuttiv Ġdid, Marcus Motschenbacher. Ilu għal tmintax-il sena jaħdem fi ħdan il-kumpanija. Dan kien l-ewwel impjieg tiegħu li laqqgħu ma’ nies differenti.

Għalkemm ilu ftit xhur jokkupa din il-kariga, Motschenbacher ilu josserva mill-qrib il-ħidma ta’ Lufthansa Technik f’pajjiżna, il-progress u l-industrija tal-avjazzjoni f’Malta.

“Fl-aħħar tliet snin il-kumpanija Lufthansa nbidlet b’mod li m’għadhiex kumpanija iżolata iżda saret kumpanija li qed tikkumplimenta negozji li qegħdin hawnhekk. M’hemmx kompetizzjoni, anzi biż-żieda ta’ ħangar ġdid minn MCM, jew il-kożmetika tal-avjazzjoni u l-faċilità għat-tibjid huma affarijiet li jżidu mas-servizzi offruti fil-qasam tal-avjazzjoni,” stqarr Marcus Motschenbacher.

Aqra aktar

Send this to a friend