Air Malta – One News

Notifiki

L-Air Malta tħassar titjira lejn Munich minħabba l-maltemp

Il-linja Nazzjonali tal-ajru l-Air Malta ħassret titjira lejn il-Belt Ġermaniża Munich li kienet skedata tard it-Tnejn minħabba l-maltemp fil-Ġermanja. Fi stqarrija l-Air Malta spjegat li l-kundizzjonijiet tat-temp f’Munich xekklu l-operazzjonijet tal-ajruport, tant li titjira tagħha dalgħodu lejn Munich kellha tinżel f’belt oħra. Dan minkejja li titjiriet oħra tħallew jinżlu fl-ajruport ta’ Munich. Aqra aktar

Uffiċjali mill-Air Malta jingħataw taħriġ dwar kif jistgħu jiġu nnutati każijiet ta’ traffikartal-bnedmin

B’kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi u l-Kummissjoni Għolja Ingliża f’Malta, sar taħriġ dwar it-traffikar tal-bnedmin lil numru ta’ uffiċjali responsabbli mit-taħriġ tal-piloti u l-ekwipaġġ fil-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta. Aqra aktar

L-Air Malta ġġorr kwart ta’ miljun passiġġier f’Awwissu – l-aqwa Awwissu f’45 sena

Il-kumpanija tal-ajru nazzjonali Maltija, l-AirMalta, ġarret ftit inqas minn kwart ta’ miljun passiġġier f’Awwissu ta’ din is-sena. Il-248,358 passiġġier isarraf fl-aqwa numru li qatt irreġistrat il-kumpanija minn mindu twaqqfet 45 sena ilu, kif ukoll żieda ta’ tnejn fil-mija meta mqabbel mar-riżultati rekord tas-sena li għaddiet.

Awwissu, li hu meqjus bħala l-aktar xahar bieżel għas-settur turistiku, wera riżultati pożittivi ferm għall-kumpanija AirMalta, u dan mhux biss għaliex f’Awwissu huwa l-aktar popolari għas-safar, imma wkoll grazzi għal diversi miżuri li ttieħdu fl-istrutturar tal-kumpanija.Aqra aktar

Send this to a friend