aids | One News

Notifiki

Għeluq snin Freddie Mercury b’kuxjenza dwar l-HIV u l-AIDS

Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru Hard Rock Café Malta ġewwa Bay Street Shopping Complex flimkien mal-‘Mercury Phoenix Trust’, ser ikun qegħdin jiċċelebraw it-72 sena tal-kantant leġġendarju Freddie Mercury. The Rock Troopers ser ikunu live fl-10.00pm, fejn ser jindaqqu l-akbar suċċessi tal-grupp Queen.

Aqra aktar

122,000 infettati bl-HIV fl-Ewropa bla ma jafu

 

Huwa stmat li 122, 000 persuna fl-Ewropa huma infettati bl-HIV mingħajr ma jafu u jinfettaw persuni oħra. Dan qalu l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant meta indirizza l-Konferenza “HEPHIV 2017” waqt li saħaq li l-pajjiżi għandhom jimxu mal-wegħda tagħhom li jtemmu l-epidemija tal-AIDS sal-2030.

“Ma hemmx post għall-kompjaċenza dwar dan.” qal Dr Sant. Madwar 30,000 każ ta’ infezzjonijiet ġodda tal-HIV ġew irrapportati mill-Unjoni Ewropea u mill-pajjiżi taż-żona Ekonomika Ewropea fl-2015. Din l-informazzjoni taqbel mal-osservazzjonijiet li saru fl-aħħar diċenju. L-inċidenza għolja tikkonferma l-persistenza tal-epidemija tal-HIV fis-soċjetajiet tagħna.

Dr Sant qal li l-virus tal-Ħepatite huwa theddida għas-saħħa pubblika aktar mill-HIV. Din il-marda għadha qed tikkawża epidemija silenzjuża. Ħafna minn dawk li jgħixu bil-virus tal-ħepatite ma jafux li huma infettati. Dan jitfagħhom f’riskju akbar għal komplikazzjonijiet severi, anki fatali, tal-marda.

Aqra aktar

Ara x’għamlu Riri u Prince Harry

Il-Prinċep Hary tal-Ingilterra u l-prinċipessa figurattiva tal-Barbados, il-kantanta Rihanna, ingħaqdu biex raw għandhomx l-HIV.
Mhux għax kellhom xi suspett fir-realtà, imma għax xtaqu jgħaddu messaġġ fil-jum li mmarka World Aids Day; l-ewwel jum ta’ Diċembru.
Riedu juru fuq kollox li dan mhux proċess diffiċli, u test wieħed f’waqtu jista’ jagħti lok għal kura aktar malajr u ħajja iktar twila. Dan minbarra ħajjiet oħra li jistgħu ikunu salvati jekk il-marda ma tinxteridx.
Madanakollu saħqu li għad hemm wisq stigma dwar l-HIV fil-Karibew, il-post fejn għamlu t-testijiet. Tista’ tara dan il-mument hawn, fejn Rihanna ċċajtat mal-Prinċep u offrietlu ftit kuraġġ.

Aqra aktar

Iwissu li f’Malta dawk bl-AIDS u l-HIV se jiżdiedu b’2,000 ruħ f’ħames snin

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-AIDS 2016, il-gruppi Malta Gay Rights Movement (MGRM) u Allied Rainbow Communities (ARC) espremew il-bżonn ta’ aktar miżuri li jindirizzaw iż-żieda fl-infezzjonijiet tal-HIV. Qalu li kull sena mill-2009, kellna żieda ta’ 20%.

Kien hemm 189 eterosesswali u 143 irġiel li jkollhom x’jaqsmu ma’ rġiel li qed jgħixu bl-HIV f’Diċembru 2015. U sal-aħħar t’Awwissu 2016, kien hawn 44 każ ġdid ta’ HIV u żewġ każijiet ta’ AIDS.

L-għaqdiet qalu li hemm bżonn miżuri konkreti u effettivi biex jinterrompu dawn it-tendenzi, u jekk ma jsirx hekk, dawk li jgħixu bl-HIV u li jeħtieġu trattament se jiżdiedu għal 2,000 ruħ mal-ħames snin li ġejjin, bi spiża sinifikanti għas-sistema tal-kura tas-saħħa ta’ Malta.

Aqra aktar

56 każ ġdid ta’ HIV f’pajjiżna

Din is-sena diġa kienu rreġistrati sitta u ħamsin każ ġdid ta’ HIV. Dan ifisser medja ta’ ħames każi ġodda kull xahar, biex kollox jindika li se tinqabeż iċ-ċifra rekord tas-sena li għaddiet. hekk kif kien hemm 59 każ ġdid ta’ HIV.

 

L-HIV  twassal għal marda tal-AIDS, u din is-sena kien hemm ukoll żewġ każi ta’ AIDS.
Aqra aktar

Żewġ imwiet minħabba l-AIDS din is-sena f’Malta

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar fil-Parlament li din is-sena, sas-17 ta’ Ottubru, kien hemm żewġ imwiet minħabba l-AIDS.

Huwa qal lid-deputat Parlamentari Laburista Luciano Busuttil li ż-żewġ vittmi kienu rġiel ta’ nazzjonalità barranija li l-etajiet tagħhom kienu ta’ 30 u 35 sena.

 

Send this to a friend