aid to the church in need – One News

Notifiki

Film straordinarju dwar ħajjet Santu Wistin

L-Aid to the Church in Need (Malta), b’kollaborazzjoni mal-Istitut Agostinjan, qed tippreżenta film straordinarju! Film dwar wieħed mill-akbar Qaddisin tal-Knisja Kattolika. Dan qed jiġi interpretat minn atturi Musulmani mill-Alġerija u t-Tuneżija taħt it-tmexxija tal-President tal-SOHT Film Production & Global Distribution, Henri Aoun. Din hija tabilħaqq inizjattiva innovattiva xxerred aktar spirtu ta’ rispett fost il-popli ta’ kulturi u reliġjonijiet differenti.

Aqra aktar

Il-Kolossew ta’ Ruma jinxtgħel b’dawl aħmar b’solidarjetà mal-Kristjani ppersegwitati

Nhar is-Sibt, 24 ta’ Frar 2018, il-Kolossew ta’ Ruma inxtgħel bid-dawl aħmar biex jiġbed l-attenzjoni fuq il-qagħda mwiegħra madwar id-dinja tal-Kristjani ppersegwitati minħabba l-Fidi tagħhom fi Kristu. L-avveniment beda fis-6.00p.m.

Din kienet inizjattiva tal-Aid to the Church in Need (ACN), il-Fondazzjoni Pontifiċja ta’ Karità li tappoġġja lill-Kristjani ppersegwitati f’aktar minn 140 pajjiż madwar id-dinja. Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, meta kien quddiem il-monument storiku mixgħul qal: “Hemm miljuni ta’ nies madwar id-dinja li qegħdin isofru minħabba l-Fidi tagħhom, u nippretendu li xejn m’hu xejn.” 

Fost il-mijiet ta’ miljuni ta’ nies li għadhom isofru diskriminazzjoni jew agħar, persekuzzjoni, minħabba l-fidi tagħhom, l-aktar numerużi huma bla dubju l-Kristjani

Send this to a friend