aħrax – One News

Aġġornat: Karozza tinżel għal isfel fl-Aħrax tal-Mellieħa

Persuna tilfet ħajjitha wara li l-vettura li kienet qed tinstaq mill-istess persuna baqgħet nieżla għal isfel mill-irdum fl-Aħrax tal-Mellieħa.

Il-Pulizija kkonfermat li daħlilhom rapport għall-ħabta tal-10:40, li karozza niżlet għal isfel fejn l-istatwa tal-Madonna.

Fuq il-post issejħet ambulanza, Pulizija u membri mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Is-sewwieq ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

 

 

AĠĠORNAT: Tegħreq dgħajsa fil-Mellieħa

17.20pm: Il-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermaw ma’ one.com.mt li n-nies abbord id-dgħajsa ttellgħu fuq l-art minn dinghy li nzerta kien fiż-żona. Għadu mhux magħruf in-numru ta’ passiġġieri abbord iżda jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident

Aqra aktar

Kaċċaturi jgħinu lil Puttinu fl-Aħrax tal-Madonna tal-Mellieħa

Nhar il-Ħadd li ġej, kull min qed ifittex attività għall-familja jista’ jżur l-Aħrax tal-Madonna tal-Mellieħa. Hemm se jkun hemm bost affarijiet x’wieħed jista’ jagħmel mill-għaxra ta’ filgħodu ‘l quddiem. Fosthom jista’ jduq l-ikel li se jkun hemm eżebit, jipparteċipa fit-taħwil ta’ siġar, jieħu lit-tfal għal pony rides, fuq bouncing castles, għal sumo wrestling…insomma l-attivitajiet huma bosta. Hemm anke falkunerija u wirjiet tal-klieb għal min hu dilettant.

Dan kollu b’risq Puttinu Cares. Ta’ min jgħid li għall-kaċċaturi Melleħin, din se tkun it-tieni darba li se jorganizzaw l-attività, wara li l-maltemp sfratta kollox meta kellha ssir oriġinarjament. Għalhekk din id-darba l-ħeġġa sabiex l-attività tirnexxi hija kbira.

Aqra aktar

“Tal-mistħija” – att vandanlu fl-Aħrax tal-Mellieħa

L-Għaqda Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti (GĦKNK) sabet ħitan tas-sejjiegħ vandalizzati fl-Aħrax tal-Mellieħa. Dawn il-ħitan, qalet l-GĦKNK, ġew mibnija u restawrati b’tant dedikazzjoni mill-kaċċaturi u nassaba membri tal-Mellieħa.

“Tal-mistħija” kitbet l-għaqda fuq il-paġna tagħha fuq Facebook.

Aqra aktar

Send this to a friend