ahna refugjati# | One News

Notifiki

ARA: Aħna Refuġjati fuq il-Fosos

L-opra Aħna Refuġjati kienet l-ikbar sfida għal Mario Sammut, li għal dawn l-aħħar sentejn ħadem qatigħ biex ikkompona partijiet sostanzjali mill-opra Aħna Refuġjati, u kien xogħlu li jagħmel l-arranġament mużikali kollu.

Din l-opra oriġinali bil-Malti mtella’ għall-programm ta’ Valletta 2018 għandha l-partikolarità li l-orkestra u l-effetti akustiċi huma kollha maħduma fuq il-kompjuter.

Xi ħaġa li offriet flessibiltà sostanzjali, u tefgħet din l-opra f’keffa għaliha, sostna l-kompożitur:

“Inkitbu opri bil-Malti oħrajn qabel imma din opra kontemporanja. Iġifieri anke l-istrumenti. Użajna ħafna strumenti li ma jintużawx f’orkestra s-soltu. Ħafna middle eastern instruments għax ovvjament qed nitkellmu fuq refuġjati.”Aqra aktar

Ara: Kritika għall-opra Maltija ‘Aħna Refuġjati’

Storja bbażata fuq missier refuġjat fuq il-baħar li qed jara lill-martu u t-tifla jgħerqu u nies fuq ix-xatt qed jgħajtu biex imorru lura hija t-traġitt umanitarju u artistiku li wieħed jista’ jistenna mill-opra Maltina ‘Aħna Refuġjati’. Is-siparju fuq din l-opera se jitla’ nhar il-Ġimgħa li ġej fuq il-Fosos tal-Furjana, u hija parti mill-programm kulturali ta’ Vallett 2018.Aqra aktar

Send this to a friend