agenzija nazzjonali tal-litterizmu | One News

Notifiki

Kurjużata H20 – ktieb dwar l-importanza tal-konservazzjoni tal-ilma

Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Diċembru 2018, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol b’kollaborazzjoni mal-Bank HSBC nediet il-ktieb kbir ‘Kurjużata H20’, kitba ta’ Kim Dimech u Dr Tania Muscat, pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers. Dan il-ktieb li kien sponsorjat mill-Bank HSBC jisħaq fuq l-importanza tal-konservazzjoni tal-ilma.

Aqra aktar

It-tnedija tal-inizjattiva Qaritona Nazzjonali – Għin lilek innifsek u lill-oħrajn billi taqra iżjed

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu taħt il-Patroċinju Distint tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, nediet il-Qaritona Nazzjonali (National Readathon). Preżenti għal din it-tnedija li ġiet organizzata fil-Palazz tal-Verdala fil-Buskett, kien hemm ‘il fuq minn mitt student tar-raba’ sena mill-iskejjel primarji ta’ Ħal Qormi San Bastjan u Ħal Qormi San Ġorġ. L-għanijiet tal-Qaritona huma li titrawwem iktar imħabba għall-qari fost it-tfal filwaqt li tintwera solidarjetà mal-oħrajn.

Matul it-tnedija, it-Team tal-Litteriżmu tal-Kulleġġ San Injazju organizza sessjonijiet ta’ qari għall-gost bil-parteċipazzjoni tal-istudenti. L-attivtà ġiet ippreżentata mill-Ambaxxatriċi tal-Qari Corazon Mizzi u matulha ħadu sehem ukoll Samuel Farrugia u Karl Abela, li wrew in-namra tagħhom għall-qari u l-kotba lil dawk preżenti.

Aqra aktar

Send this to a friend