ag | One News

Notifiki

L-AG indispost għal raġunijiet mediċi

L-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech huwa indispost għal raġunijiet ta’ kura medika.

Fi stqarrija, il-Gvern spjega li sakemm jerġa’ jassumi t-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, il-funzjonijiet ta’ Avukat Ġenerali se jitwettqu mill-Assistent Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttigieg bħala aġent Avukat Ġenerali skont ma’ tipprovdi l-Kostituzzjoni u r-regolamenti tas-servizz pubbliku.

L-AĠ juri kif it-Times irrapportat l-oppost ta’ li ġara

Permezz ta’ stqarrija l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali rreaġixxa għal dak li ġie rappurtat dalgħodu f’ċerti sezzjonijiet tal-media stampata u elettronika fejn ġie allegat li grupp ta’ ħamsa minn nies ta’ nazzjonalità barranija li kienu akkużati bi tmienja u għoxrin serqa ‘għebu’ minn dawn il-gżejjer wara li l-Avukat Ġenerali insista li dawn kellhom jingħataw il-libertà provviżorja.

L-istqarrija tgħid illi; l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jiddikjara li l-fatti kif jirriżultaw bl-iswed fuq l-abjad mill-atti proċesswali huma dijatrikament l-oppost ta’ dak illi ġie rappurtat dalgħodu. L-Avukat Ġenerali invarjabbilment oppona bil-qawwa għal kull talba għall-ħelsien mill-arrest li saret mill-persuni li ssir referenza għalihom. L-aħħar minn dawn is-serje ta’ talbiet saret nhar il-15 ta’ Mejju 2017, fejn, minkejja li kienu għaddew għoxrin xahar mid-data tal-arrest, l-Avukat Ġenerali oppona bil-qawwa li dawn jingħataw il-libertà provviżorja, u dan minħabba numru kbir ta’ raġunijiet li ġew elenkati fid-dettall fir-risposta tiegħu lill-Qorti Kriminali.
Aqra aktar

L-Awditur Ġenerali jemmen iktar il-verżjoni ta’ Żaren Vassallo

Għaddiet ġimgħa minn meta fil-programm Xarabanak kien żvelat li kien in-negozjant u benefattur tal-Partit Nazzjonalista, Żaren Vassallo, li xehed li dwar l-art tal-Lowenbrau tkellem mal-Ministru u kien imwiegħed kompromess.

Minkejja li għaddew sebat ijiem sa issa ma kien hemm ebda dikjarazzjoni pubblika dwar din ix-xhieda minn Vassallo, anke jekk qabel kienet żvelata kien ħareġ stqarrija jgħid li ma kienx iltaqa’ ma’ Jason Azzopardi.

Peró mill-mument f’Xarabank fejn kien żvelat id-diskors ta’ Vassallo, spikka l-iskiet assolut minn naħa tiegħu. Sa issa ma lissen ebda kelma dwar dak li qal hu stess fi proċess ġudizzjarju.

Aqra aktar

Send this to a friend