Afrika – One News

Notifiki

“Wasal iż-żmien li l-UE tara l-Afrika bħala sieħba kummerċjali importanti” – il-Ministru Carmelo Abela

In-narrattiva dwar il-migrazzjoni għandha tinbidel. Wasal iż-żmien li l-Unjoni Ewropea tara l-pajjiżi Afrikani bħala sieħba kummerċjali importanti. Dan ġie rrimarkat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela waqt li kien qed jindirizza diskussjoni tal-bord li saret bħala parti mill-14-il edizzjoni tal-Forum Strateġiku Bled annwali (BSF) fis-Slovenja. Il-Ministru Abela enfasizza li b’investiment f’pajjiżi tal-oriġini l-UE se tkun qed twassal biex tindirizza l-kawżi tal-migrazzjoni irregolari peress li se tipprovdi opportunitajiet ġodda għall-ġenerazzjonijiet żagħżugħa fil-pajjiżi tagħom stess. Aqra aktar

Il-PM Joseph Muscat fi Vjenna għal laqgħa bejn il-mexxejja tal-UE u tal-pajjiżi Afrikani

Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jattendi Laqgħa tal-Livell Għoli bejn mexxejja tal-Unjoni Ewropea u mexxejja ta’ pajjiżi Afrikani, fi Vjenna. Il-laqgħa ssejħet mill-Kanċillier Awstrijak, Sebestian Kurz, li fl-istess ħin qed imexxi l-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kanċillier Kurz qal li l-Unjoni Ewropea ma tistax tibqa’ tiffoka biss fuq l-immigrazzjoni bħala sifda fil-pajjiżi Afrikani, iżda għandu jiġi pprovdut spazju biex tkun żgurata l-prosperità u l-kompetittività fiż-żewġ kontinenti.Aqra aktar

“L-Afrika għandha bżonn investiment sostenibbli li jkun onest u ġenwin” 

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kienet waħda mill-kelliema ewlenin waqt laqgħa ta’ livell għoli fuq it-tisħiħ ta’ sħubijiet globali għat-Third Industrial Development Decade for Africa (2016 – 2025). Din il-laqgħa kienet organizzata mill-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp Industrijali tal-Ġnus Magħquda (UNIDO) fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda.Aqra aktar

Persuni maqbuda fit-tifrik wara li ċeda saqaf ta’ sptar fl-Afrika

Bosta persuni spiċċaw maqbuda taħt it-tifrik wara li waqa’ saqaf fuqhom waqt li kienu fi sptar ewlieni fl-Afrika.

Membri tas-salvataġġ kellhom joħorġu bi klieb mħarrġa sabiex jidentifikaw fejn kien hemm persuni maqbuda. Is-saqaf ta’ fuq ir-reception area fl-isptar Charlotte Maxeke spiċċa ċeda, dan waqt li kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni biex jissewwew xi ħsarat.

Aqra aktar

Tiftakruha l-Ebola? Saret sejba interessanti ħafna

Tiftakruha l-Ebola? Studju ppublikat fil-Proceedings of the National Academy of Sciences issa jista’ jiżvela li 61% tal-każijiet kienu kkaġunati minn 3% biss ta’ nies li kienu infettati. Hu mifhum li tfal u anzjani kienu fost dawk li l-aktar li xerrdu l-marda.

Issa hemm it-tama li billi jkun mifhum kif dawn it-3% irnexxilhom ixerrdu l-marda b’tant suċċess, wieħed ikun jista’ jipprevedi aktar mard fil-ġejjieni.

Aktar minn 28,600 persuna kienet infettata bl-Ebola bejn l-2014 u l-2015 fil-punent tal-Afrika, u 11,300 persuna tilfet ħajjitha.

FILMAT: Milied jaħseb f’niesu fis-Sirja

Il-belt ta’ Aleppo fis-Sirja se titniżżel fil-lista ta’ bliet li kitbu l-istorja. Storja ta’ waħda minn fost l-ibliet li l-istorja rathom jinqerdu bħalma kien ġara minn Guernica fil-gwerra ċivili fi Spanja.

Fil-każ ta’ Aleppo nqered wirt storiku Musulman li jmur lura sa elf sena.

Mal-wirt storiku nqerdu l-memorji ta’ individiwi u nfirdu għadd ta’ familji. Il-gwerra fis-Sirja ilha għaddejja ħames snin li matulhom aktar minn erba’ miljun u ħames mitt elf Sirjan fittex refuġju f’pajjiżi ġirien.

Huwa fi sfond ta’ diqa, ta’ tifrik li n-nies li għad fadal f’Aleppo u fis-Sirja se jqattgħu l-Milied.

Aqra aktar

Se jitilgħu l-ogħla muntanja fl-Afrika biex tinbena skola

Fil- 5 ta’ Jannar 2017, tmintax-il parteċipant se jitilqu għall-Afrika biex jitilgħu l-ogħla muntanja   fid-dinja, Mount Kilimanjaro, għal kawża ġusta.

F’dawn l-aħħar xhur, it-tim ġabar fondi għall-bini ta’ skola f’ Jemu, post remot fl-Etjopja. Il-proġett qed jiġi kkordinat mill-Moviment Ġesu fil-Proxxmu.

Fl-aħħar għaxar snin, kważi €600,000 f’fondi inġabru minn Kilimanjaro Challenge Malta għal diversi proġetti fl-Afrika.
Aqra aktar

Send this to a friend