afghanistan – One News

Notifiki

Votanti fl-Afganistan qed jitfgħu il-voti tagħhom fl-elezzjonijiet parlamentari fost sigurtà u theddid mit-Talibani

Iktar minn 2,500 kandidati, inkluż ħafna nisa, qed jikkontestaw għal 250 siġġu.

Iżda iktar minn tletin fil-mija tal-postijiet tal-voti jinsabu magħluqa minħabba tħassib tas-sigurtà. Dan filwaqt li 10 kandidati inqatlu fil-kampanja elettorali.

Sadanittant, il-votazzjoni fil-provinċja Kandahar ittardjat b’ġimgħa wara l-qtil ta’ kap għoli tal-pulizija. It-Taliban refgħu ir-responsabbiltà tal-attakk, li seħħ wara laqgħa importanti fuq is-sigurtà.

Ġlieda kbira bejn 130 persuna

Ħames immigranti ndarbu wara sparaturi fi Franza. Dan wara ġlieda li nqalgħet fil-Belt ta’ Calais bejn l-Immigranti Afgani u dawk Eritreani.

Erba immigranti Eritreani bejn is-sittax u tmintax il-sena jinsabu f’ kundizzjoni kritika u ttieħdu fl-eqreb sptar, filwaqt li raġel ieħor ittieħed fi sptar separat.

Tlettax il-persuna oħra ġarrbu xi ġrieħi wara ġlied bejniethom bil-ħadid. Din il-ġlieda damet għadejja għall-aktar minn sagħtejn u kienet tinvolvi 130 persuna.

U kollox beda meta l-immigranti mill-Afghanistan bdew jisparaw it-tiri, bil-pulizija tintervjeni u kellha tirreżisti madwar mitejn immigrant ieħor.

Send this to a friend