adrian – One News

Notifiki

“Għall-Partit Nazzjonalista l-Ħelsien ifisser iżolament”- il-PL

Għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Malta ħielsa tfisser Malta iżolata. Dan qalu l-Partit Laburista, li fi stqarrija qal li skont Adrian Delia, għandna niżolaw ruħna u nreġġgħu l-pajjiż lura .

Ikun tajjeb li l-PN jinħeles minn argumenti negattivi li ntużaw mill-Kap ta’ qabel, mingħajr  suċċess, fakkar il-Partit Laburista.

ARA: Delia jgħid li għola l-ħalib, imma ma jafx b’kemm!

Wara sagħtejn jikkritika l-baġit 2019, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia indirizza konferenza tal-aħbarijiet. Quddiem il-ġurnalisti, bħal m’għamel tul id-diskors tiegħu, Adrian Delia allega għal bosta drabi li għola l-prezz tal-ħalib.

Staqsejnih dwar kemm għola l-ħalib, izda Delia ma kienx jaf bl-iskuza li ma jmurx jixtri…

Aqra aktar

ARA: Adrian Delia jiġġustifika l-qerq ta’ Pierre Portelli

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ddefendi lil id il-leminija tiegħu, Pierre Portelli, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Midja tal-Partit Nazzjonalista.

Pierre Portelli, meta kien imexxi The Malta Independent u kien responsbbli mill-kontenut tal-gazzetta, instab ħati b’malafama fil-konfront taċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri.Aqra aktar

“Delia irid jinjora parir tal-Parlament Ewropew dwar il-Kummissjoni Venezja”- il-PL

F’Ġimgħa oħra ta’ ġlied intern, problemi, u inkwiet għal Kap Nazzjonalista Adrian Delia, il-Ħadd filgħodu meta għamel l-kummenti politiċi tiegħu ftit li xejn kellu xi jgħid.

Nieqes mill-ideat u s-sustanza politika, Adrian Delia għazel li jmur fuq il-midja Nazzjonalista u jikkritika lill-Gvern fejn tidħol l-ekonomija. Qal li għamilna surplus għal xejn. Aqra aktar

€100 miljun f’income tax biss minn dawk li skont Delia ma ħallew xejn

Adrian Delia reġa’ kien żbaljat. Din id-darba dwar is-sehem ta’ ħaddiema barranin. Analisti ekonomiċi li ntalbu jikkummentaw dwar is-sehem ta’ ħaddiema barranin spjegaw kif fl-2016 l-ammont ta’ ħaddiema barranin kien ta’ 36,138. Skont tagħrif li ta l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna fl-istess sena dawn ħallsu €101,000,000 f’taxxa tad-dħul. Dan ifisser li ras għal ras il-ħaddiema barranin ħallsu €2,786 f’income tax. Biex persuna tħallas dan l-ammont f’income tax trid tkun taqla’ €21,500 paga. Skont il-Labour Force Survey tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika l-paga medja fl-2016 kienet ta’ €17,666.Aqra aktar

Konferma li Delia għadu jrid il-paga doppja

Persuni li fid-Dar Ċentrali llum kienu impenjati jgħinu fil-maratona ġbir ta’ fondi ħadu ħasda meta f’diskussjonijiet bejniethom u ma’ min jaf l-affarijiet finanziarji tal-PN saru jafu li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista għadu qed jippjana li jieħu l-paga ta’ Kap tal-Partit minbarra dik ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.

L-imkejjen tagħna fid-Dar Ċentrali kkonfermaw din l-aħbar fl-aħħar minuti, ġimgħa wara li l-gazzetta KullĦadd żvelat somom fenomenali li se jitħallsu dawk li jagħmlu l-grupp ta’ madwar Delia u ngħataw ħatriet wara li appoġġjawh biex isir kap.Aqra aktar

Daniel u Adrian jirreaġixxu live għal kliem Hermann Schiavone

Daniel u Adrian, huma koppja li għadhom kemm issieħbu f’unjoni ċivili. Waqt programm speċjali fuq ONE HD huma semgħu d-diskors tad-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone li ddikjara fil-Parlament li għalih jeżisti biss żwieġ wieħed dak bejn raġel u mara.

B’reazzjoni għal dan Adrian esprima li għal persuni LGBTIQ u l-familjari tagħhom, dan il-kliem qed jimbotta aktar nies ‘il bogħod mill-Partit Nazzjonalista. Huwa spjega ukoll li ż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess ifisser bħal ma jfisser għal kull persuna, jiġifieri li żewġ persuni jingħaqdu, u li jgawdu mid-drittijiet daqs ħaddieħor.

Daniel qal li dan juri li dan il-Membru Parlamentari, ma jafx xi tfisser l-imħabba għaliex l-imħabba m’għandiex titlu u għalhekk hija universali għal kulħadd.

 Fil-Parlament, Hermann Schiavone, qal li l-ebda liġi mhi se tbiddilu din il-fehma anke jekk qal li l-parlament għandu jirregola kull sitwazzjoni. Huwa qal ukoll li l-att propost mill-Gvern huwa wieħed komunist.

Aqra aktar

Send this to a friend