adrian delia – Page 7 – One News

Notifiki

L-MŻPN jibqa’ jisfida lil ta’ Delia

Il-membri fl-eżekuttiv tal-Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista li fl-aħħar ġimgħat sejħu għar-riżenja tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u t-tmexxija tal-partit, qalu li mhux se jwarrbu qabel jintemm it-terminu tagħhom f’Novembru li ġej. Aqra aktar

Beppe Fenech Adami jwissi li Delia ma jistax jinjora lil min ivvota le

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, esponent ewlieni mill-fazzjoni Busuttil, mar jitkellem mal-Independent u ma’ The Times of Malta dwar il-vot ta’ fiduċja tas-Sibt li għadda fil-konfront ta’ Delia.

It-Times sejħet lil Beppe Fenech Adami, bħala wieħed mid-deputati Nazzjonalisti kritiċi tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Filfatt Fenech Adami kien wieħed minn ta’ quddiem fil-kampanja kontra Delia, biex jiġi sfiduċjat minn Kap u ma jibqax imexxi lill-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Isostnu li parti sostanzjali mill-elettorat Nazzjonalista m’għandux fiduċja f’Adrian Delia

Issa se nieħu deċiżjonijiet sodi u skomdi.”

Hekk iddikjara l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ftit wara li sar magħruf li kiseb ftit aktar minn 67 fil-mja tal-voti tal-kunsillieri f’vot ta’ fiduċja li ssejjaħ fil-konfront tiegħu. Fil-fatt kienu kważi sitt mitt kunsillieri li jew ivvotaw kontrih jew ma marrux jivvotaw għalih jew ħasru l-vot. Madankollu Delia li se jibqa’ jmexxi partit maqsum qal li issa se jagħmel it-tibdil u se jieħu deċiżjonijiet sodi u skomdi.Aqra aktar

Terz tal-kunsillieri Nazzjonalisti m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia

Terz tal-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalsita vvutaw kontra t-tmexxija ta’ Adrian Delia u sostnew li m’għandux ikun hu li jibqa’ jmexxi lill-partit sal-elezzjoni ġenerali li jmis. Fil-fatt Delia rnexxielu jsalva ġildu b’67% tal-voti.

Kienu 920 kunsillier li vvutaw favur il-Kap Adrian Delia, waqt li 586 naqsu milli jagħtuh il-fiduċja, fosthom 438 li vvotaw kontrih, 126 li ma marrux jivvotawlu u 22 oħra li ħasru l-vot. Minnufih il-fazzjoni ta’ Busuttil fakkritu fil-vot qawwi ta’ fiduċja li kisbu l-ex kapijiet Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi meta f’voti ta’ fiduċja, kisbu aktar minn 96 fil-mija tal-fiduċja tal-kunsillieri. Aqra aktar

Send this to a friend