adrian delia – Page 34 – One News

Notifiki

L-GĦADU

Dak li qed jaspira li jkun kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qalha ċara. Għalih, il-Partit Laburista huwa l-għadu. 

Għalkemm kien hemm min fil-passat qal li xi ħadd jista’ jkollu ‘wiċċ ta’ Nazzjonalista’ u li d-DNA tal-Laburisti huwa differenti, issa Delia ħareġ ċar jiddikjara li l-Laburisti huma l-għedewwa. Fi kliemu stess:

“L-għedewwa tagħna mhumiex aħna, huma hemm barra, il-Partit l-ieħor. Żommha f’moħħok.”

Sfortunatament għalih, dan kellu jgħidu fid-Dar Ċentrali, fejn l-Kunsill Amministrattiv talPN iltaqa’ b’urġenza biex jiddiskuti l-allegazzjonijiet tal-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia fil-konfront tiegħu. 

Aqra aktar

Adrian Delia mar l-aħjar

L-aħjar li mar minn dawn l-attakki ta’ Daphne Caruana Galizia fuq Adrian Delia ma kien ħadd għajr l-istess Adrian Delia. F’dan l-istadju lanqas irrid nidħol fil-mertu ta’ jekk dak żvelat fuq Delia hux minnu jew le. Li mhux mill-ħelwin u rett daqskemm jilgħabha ilna nafuhiżda l-esperjenza urietna li l-iistejjer li toħroġ Caruana Galizia wieħed irid jgħarbilhom b’seba’ mitt għajn għaliex anke fejn ikun hemm nitfa verità tant tispara bl-addoċċ biex tweġġa’ u tilħaq l-għanijiet tagħha li mbagħad fatt jinbidel f’gideb esaġerazzjonijiet

Fil-fattfil-gazzetta KullĦadd ilbieraħ kwotajt kunsillier minn Għawdex li qalli proprju dan. Tant li Chris Said jinsab imħasseb li jista jkun hu li jbagħti minn dan kolluTgħiduli allura għaliex Chris Said għaliex ma joħroġx qattabla ħabel kontra Caruana Galizia. Ċarangħid jien. Anke hu andu x’jaħbi.

Aqra aktar

DCG tallega li Delia għandu kont barra l-pajjiż

L-Erbgħa filgħaxija, lejlet id-dibattitu bejn l-erba’ kontestanti għall-kariga ta’ Kap Nazzjonalista, il-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia kompliet bl-attakki tagħha fil-konfront tal-kontestant għall-kariga ta’ Kap Nazzjonalista Adrian Delia .

Caruana Galizia ppublikat storja fuq l-blog tagħha u allegat li Delia għandu kont bankarju f’JerseyDan minkejja li Adrian Delia kien ilu jiddikjara li m’għandu l-ebda flejjes u kontijiet bankarji barra l-pajjiz . 

L-istorja ġiet ippublikata minn Caruana Galizia fl-għaxra neqsien għaxra tal-Erbgħa filgħaxija, biċ-ċaħda ta’ Delia tasal propju tliet siegħat u nofs wara, fis-siegħa u nofs ta’ filgħodu.

Aqra aktar

L-attakki fuq Delia se jkomplu jiħraxu – Schiavone

Sorsi fil-Partit Nazzjonalista żvelaw ma’ One News li l-istrateġija tal-kampanja tal-Kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ġiet fdata f’idejn id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone u Pierre Portelli li huwa responsabbli mill-kontenut li jixxandar fuq The Malta Independent. Aqra aktar

Pulizija li għadda rapport kontra Delia lil Caruana Galizia kien security tal-eks PM Gonzi

Surġent tal-Pulizija jinsab sospiż wara li nstablu r-ritratt ta’ rapport tal-pulizija li ngħata lil Daphne Caruana Galizia biex jiġi attakkat Adrian Delia.

Is-Surġent li llikja minn ġewwa l-Korp rapport kontra Delia mhuwa ħadd ħlief PC 134 Roderick Sammut, wieħed mill-uffiċjali tas-Servizz tas-Sigurtà
li kien assenjat mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.

Aqra aktar

Said irid jerġa’ jiftaħ il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ

Il-kontestant għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Chris Said, irid jerġa’ jiftaħ il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ li l-Parlament qabel fuqha ftit tal-ġimgħat ilu.

Fi stqarrija wiegħed li jekk ikun elett Kap jerġa’ jiftaħ il-liġi bil-għan li jerġa’ jdaħħal il-kunċett ta’ omm u missier.

Kliem li kienu sostitwiti bit-terminu ġenitur bil-għan li l-liġi tkun iktar newtrali u ma tiddiskriminax.

Iżda, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil argumentat kontra dan u fi stadju ta’ kumitat ressqet għexieren ta’ emendi bil-għan li dak propost mill-Gvern ma jgħaddix kif inhu.

Aqra aktar

Skomdu jitkellem dwar is-siġġu ta’ Busuttil

 

Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, deher skomdu ferm meta mistoqsi jekk Simon Busuttil għandux iżomm is-siġġu parlamentari tiegħu ladarba jinħatar kap ġdid.

Delia li jagħti l-impressjoni li għandu opinjoni fuq kollox ftit li xejn ried jitkellem dwar x’għandu jiġri minn Busuttil ladarba ma jibqax kap.

Mario Galea, li qed jappoġġja lil Delia, qal ċar u tond li Busuttil għandu jwarrab iżda Delia kien kawt. B’mod stramb ħafna qal li teknikament qas jista’ jkollu opinjoni.

Aqra aktar

AZZOPARDI JWIEĠEB LIL DELIA

B’mod indirett iżda ċar ħafna d-deputat Jason Azzopardi wieġeb lil Adrian Delia li fuq facebook qal li biex ikun hemm l-għaqda id-deputati m’għandhomx jibqgħu jgħidu lil min qed jappoġġjaw pubblikament.

Għalkemm hemm min qed jgħid li dan għamlu għax ma kienx hemm iktar deputati li lesti jappoġjawh ma’ dawk li diġa’ tkellmu, Delia argumenta li hekk il-Partit Nazzjonalista joħroġ iktar b’saħħtu.

Iżda, din l-idea ma tantx niżlet tajba ma’ Jason Azzopardi li mar jitkellem fis-Siġġiewi fuq kif fil-Partit Nazzjonalista għandu jkun hemm il-libertà

Aqra aktar

Delia jaqbel li Busuttil baqa’ caretaker

Dawk li qed jikkontestaw il-kariga tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista għandhom ħsibijiet differenti dwar x’kellu jagħmel Simon Busuttil f’dawn il-ġimgħat, sakemm tinħatar persuna ġdida fit-tmun tal-partit nazzjonalista.

Fl-aħħar jiem Frank Portelli kien ċar. Busuttil ma kellux jibqa’ caretaker leader.

Iżda, Adrian Delia, kandidat ieħor iddikjara li ma jaqbilx miegħu.

Aqra aktar

Send this to a friend