addiction | One News

Notifiki

Ħu ħsieb dawn l-għaxar punti…

Bosta huma s-sinjali li wieħed irid jieħu ħsieb meta jkollu bozza ħamra tixgħel fuq l-addiction tiegħu speċjalment fejn tidħol droga.

L-aktar għaxar sinjali komuni li kapaċi jħeġġu relapse huma dawn:

  1. Ġuħ, rabja, għajja. Huwa tajjeb li wiehed jistrieħ kemm għandu bżonn u jibbilanċja ħajtu bejn divertiment, xogħol u mistrieħ.
  2. Emozzjonijiet. Meta dawn ikunu negattivi kapaċi jgiegħelu lill-bniedem jirrikorri għall-użu tad-droga u jiftakar f’memorji antiki tal-passat ikrah.
  3. Stress. Qatt mhu tajjeb li tkun stressjat; sew jekk int addict u anke jekk le. Tajjeb li titgħallem tgħaraf dan u tgħid ‘se nieqaf ftit mil-ġenn tal-ħajja.’
  4. Kunfidenza żejda. Qatt m’għandek taħseb li wasalt xi mkien jew li għax għandek certu ‘clean time’ tista’ sserraħ moħħok. Żomm lilek innifsek alert mingħajr paniku żejjed.
  5. Ansjetà żejda u dipressjoni. Uġiegħ ta’ kull tip, inkluż nuqqas ta’ saħħa fiżikali tajba twassal ukoll għal vendikazzjoni miegħek innifsek. Żomm il-kolp.
  6. Iżolazzjoni soċjali. Jekk tara li qed taqta’ mill-ħruġ anke dak sempliċi, u tispiċċa dejjem f’kamartek, ma trid tara lil ħadd u ma jinteressak xejn, tkellem.
  7. Sess u relazzjonijiet. Huma ħafna li jissuġġerixxu li fl-ewwel sena tal-irkupru, addict ma jkollux relazzjoni. Dan biex ma jassoċċjax mumenti sesswali mal-użu għax ġeneralment ikunu jmorru ħafna flimkien. Jista’ jkun ukoll li jkollok dik li tissejjaħ cross addiction u flok droga, iddur għas-sess.
  8. Ċelebrazzjonijiet żejda. Jista’ jkun li mument pjaċevoli u ta’ ċelebrazzjoni, speċjalment meta jkun hemm ‘peer pressure’ iġiegħelek tieħu drink ta’ darba għax tgħid ‘u iva dak ma jagħmilli xejn’ u ‘jien m’għandix problema ta’ xorb’…dan jista’ jwasslek xorta waħda għal użu b’mod pulit mingħajr ma tinduna.
  9. Ftaħir dwar użu fil-passat. Ma tridx tinnamra ma’ mumenti ta’ pjaċir li ħadt bid-droga. Ħafna drabi, ix-xewqat u l-memorji jibqgħu jiġru warajk u jħajruk tant li jnessuk it-tbatija li batejt ħabba l-użu.
  10. Postijiet relatati. Evita postijiet marbuta mad-droga, jew fejn hemm droga aċċessibbli. Ftakar li int qatt ma int b’saħħtek aktar minnha, allura EVITA.

F’każ ta’ relapse, jigifieri li taqa’, tkellem mill-ewwel u ċedi…tħallihiex terġa’ taħkmek. Ftakar li din id-darba, il-waqa’ tkun agħar, allura iġbor lilek innifsek mill-ewwel.

 

Jekk ma tgħaddix mingħajr ċikkulata, aqra dan

Tbati meta tigi biex tevita li tiekol cikkulata ghax fil-veru sens tal-kelma, ma tghaddix minghajrha?!

Prova kul ikliet li jissodisfaw. Jekk tiekol ikliet b’ħafna fibri u proteini biex tħossok aktar mimli għal aktar tul ta’ ħin, u jgħinek tnaqqas il-kilba tiegħek.
Evita li taqbeż l-ikliet. Tgħidx la ma qabdekx ġuħ, mela ha naqbiżha għax imbagħad tbati wara u tispiċċa tiekol iżjed.
Ixorb iżjed ilma jew almenu xorb tal-frott. Żid ikel b’ħafna magnesium/ jew prodotti li fihom il-ħadid fid-dieta tiegħek. Żid mixja u aljena rasek.

Jekk imbagħad ma tridx tixxennaq iżżejjed, ħu mqar ċangatura waħda ħalli ma tħallix ix-xewqa tirkbek.

Mhux faċli, imma hemm mod kif tasal. Wara kollox, fil-ħajja m’hawn xejn li tirbħu b’mod faċli.

Jekk imbagħad tħossha l-aħħar tad-dinja mingħajr ċikkulata sħiħa, kul almenu ċikkulata skura.

Min hu l-addict? U x’għandu jagħmel?

Isir il-ħin fil-ġurnata u ħafna jkunu għadhom għaddejjin itektku fuq il-mobile tagħhom avolja jkunu ħalfu li jieqfu u jaraw film minflok, jew inkella jkunu daħħluha ma’ wahda mir-riżoluzzjonijiet tagħhom; li jnaqqsu mill-użu tal-mobile matul il-jum. Taf li qed teħxien u ma tieqafx tiekol jew anqas tilħaq tara ċikkulata li ma tkunx trid titħanha jew xi tip ta’ ħelu ieħor. Taf li d-droga ħażina u li qed tkissrek u tibqa’ tieħu minnha; izjed minn hekk, tibqa’ tara kif se tagħmel biex iġġib il-flus biex tieħu d-droga għax mingħajrha ma toqgħodx…din tissejjah addiction.

 

Tajjeb li wieħed jagħmel distinzjoni bejn vizzju u addiction. Vizzju hu xi ħaġa li tidra tagħmel u li jidħol fir-rutina tiegħek b’mod repetut u tispiċċa tagħmlu b’mod awtomatiku. Addiction hija xi ħaġa li ma tgħaddix mingħajrha għax tidħol fis-sistema tiegħek bħala bniedem u tikkalzrak b’tali mod li kapaċi tkun b’konsegwenzi serji. Ġeneralment jissejjaħ addict dak li jieħu d-droga, imma dan mhux gust. L-addict huwa dak li jieħu ċikkulata bla waqfien avolja jaf li qed tagħmillu hsara jew ikel, tista’ tkun addict għax-xorb, għax-xogħol, għas-sess, għas-serq, għal-logħob, għax-xiri…u bosta oħrajn li hemm uhud minnhom lanqas wieħed jimmagina.

 

Teżisti ukoll dik li tissejjaħ cross addiction u din isseħħ meta per eżempju bniedem jieqaf minn forma ta’ addiction u jizvijjaha f’oħra, ngħidu ahna mix-xorb idur għal-logħob, mid-droga għall-ikel u forom oħra. Kapaci tkun perikoluza ghax mohhok jahseb li tkun qtajt mix-xorb imma l-problema tkun għadha hemm għax inti sempliċiment tkun biddilt is-suġġett tal-addiction tiegħek; issa għandek il-logħob flok ix-xorb. Ovvjament, l-eċċessiv f’kollox jitqies li mhux tajjeb, allura wieħed irid isib bilanċ li xejn mhu faċli li tagħmel hekk. Iktar kapaċi ngħiduha bil-fomm milli nwettquha.

 

Huwa tajjeb li l-addict ikollu ħin kalm speċjalment jekk ikollu ġranet stressanti fuq ix-xogħol, tajjeb li jitkellem u jikxef il-ħsibijiet ta’ moħħu ħalli ma jerġax imur għall-addiction primarja tiegħu, tajjeb li jammetti li anke jkun qed jinnamra mal-ħsieb tal-addiction passata tiegħu billi jitilgħulu xi memorji…b’hekk biss iżomm lilu nnifsu fi stat li jkun jaf ir-realta’ tiegħu u jitgħallem jaċċettaha. Titqies bħala marda imma mhux kulħadd jaqbel dwar dan. Dan huwa suġġett kontroversjali li ħafna jibżgħu jiddiskutu. Studjuzi anke fl-Universita’ ta’ Minesota fl-Amerka jikkonfermaw li din hija marda. Mingħajr ma wieħed jallarma ruħu, mhux għax tiekol erba’ ċikkulati, ikun ifisser li inti addict…addict huwa dak li jibda u ma jieqafx u li jaf li darba huwa ħafna u l-ħafna mhux biżżejjed, għax ikollu kemm ikollu ma jabbasta ruħu qatt bil-konsegwenzi li jsegwu, ikunu koroh. Tajjeb ukoll li wieħed isemmi, li għalkemm l-OCD (Obsessive Compulsive Disorder- segwi izjed dwar l-OCD f’din il- link: http://www.one.com.mt/news/?s=ocd) mhix xi ħaga allarmanti żżejjed, meta mwaħħda mal-addiction, din ma tgħin xejn anzi taċċellera l-problema. Għal aktar informazzjoni tkellem mat-tabib tiegħek li jista’ jiggwidak aħjar kif titratta l-addiction. Tibqax passiv u informa ruħek għax bi ftit sforz, tħossok aħjar.

Send this to a friend