acn – One News

Notifiki

“Nixtieq li kulħadd jappoġġa l-ħidma tal-ACN” – L-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali

Dinjitarji, fosthom il-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louis Coleiro Preca, l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Mons. Joseph Galea Curmi, is-Segretarju tan-Nunzju Appostoliku, Mons. Francesco Javier Diaz Tenza u l-Assistent Ekkleżjastiku tal-ACN (Malta), Mons. Prof. Hector Scerri, mistiedna u benefatturi tal-ACN (Malta) attendew għat-tnedija tal-14-il edizzjoni tar-Religious Freedom in the World Report li saret nhar is-Sibt, 24 ta’ Novembru 2018 fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton.

Aqra aktar

Il-Kolossew ta’ Ruma jinxtgħel b’dawl aħmar b’solidarjetà mal-Kristjani ppersegwitati

Nhar is-Sibt, 24 ta’ Frar 2018, il-Kolossew ta’ Ruma inxtgħel bid-dawl aħmar biex jiġbed l-attenzjoni fuq il-qagħda mwiegħra madwar id-dinja tal-Kristjani ppersegwitati minħabba l-Fidi tagħhom fi Kristu. L-avveniment beda fis-6.00p.m.

Din kienet inizjattiva tal-Aid to the Church in Need (ACN), il-Fondazzjoni Pontifiċja ta’ Karità li tappoġġja lill-Kristjani ppersegwitati f’aktar minn 140 pajjiż madwar id-dinja. Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, meta kien quddiem il-monument storiku mixgħul qal: “Hemm miljuni ta’ nies madwar id-dinja li qegħdin isofru minħabba l-Fidi tagħhom, u nippretendu li xejn m’hu xejn.” 

Fost il-mijiet ta’ miljuni ta’ nies li għadhom isofru diskriminazzjoni jew agħar, persekuzzjoni, minħabba l-fidi tagħhom, l-aktar numerużi huma bla dubju l-Kristjani

Send this to a friend