accident – Page 4 – One News

Notifiki

TRAĠEDJA FL-ITALJA: Żball uman?

Għajjat, biki u dispjaċir.

Dawn huma tlett kelmiet li jiddeskrivu x-xena li kien hemm fl-isptar tal-Italja, l-Erbgħa. Dan wara t-traġedja li saret fil-Lvant ta’ Bari li ħalliet 23 persuna mejta u madwar 50 persuna oħra midruba, wara li kien hemm impatt head on bejn żewġ ferroviji fuq l-istess binarju f’Puglia, wieħed ġej minn Andria u ieħor li telaq mill-istazzjon Corato. Prosekutur lokali spjega kif dan l-aċċident seta’ kien riżultat ta’ żball uman.

Aqra aktar

Żewġ żgħażagħ l-isptar wara ħabta f’Birkirkara

Ħabta bejn vann Isuzu misjuq minn ġuvni ta’ 27 sena u Taxi tal-għamla Peugeot misjuqa minn ġuvni ta’ 24 sena waslet biex iż-żewġ xufiera jiddaħlu l-isptar isofru minn ġrieħi għalkemm kelliem għall-Korp tal-Pulizija kkonfermat li ħadd minnhom mhu fil-periklu tal-mewt. Il-każ seħħ dalgħodu f’Birkirkara.

 

Aqra aktar

AĠĠORNATA: ħaddiem jaqa’ bejn blat u bini

Ħaddiem indarab b’mod serju waqt li kien qed iwettaq xogħolu fil-Manikata, għal ħabta tas-07:15 ta’ dalgħodu.

L-ewwel indikazzjonijiet huma li r-raġel indarab serjament wara li waqa’ bejn bini u blat, f’post dejjaq ħafna. Kienet operazzjoni diffiċli biex dan seta’ ttella’ minn fejn kien.

Aqra aktar

Jinstab il-ġisem tat-tifel li nħataf minn kukkudrill

Il-pulizija li kienet qed tfittex tifel li nħataf minn kukkudrill f’Walt Disney World fi Florida sabu l-ġisem tiegħu.

Għaddasa sabu l-ġisem sħiħ li aktarx huwa tat-tifel, li tkaxkar għal ġol-ilma t-Tlieta filgħaxija quddiem familtu.

Il-kap tal-pulizija ta’ Orange County Jerry Demings qal li t-tifel kien jismu Lane Graves u kien min-Nebraska.

Aqra aktar

Impatt qawwi tant li ħarġet il-magna mill-karozza

Inċident tat-traffiku seħħ fi Triq Notabile, l-Imrieħel. Is-sewwieq, raġel żgħażugħ, inħareġ mill-karozza u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

Iż-żgħażugħ ta’ 21 sena minn Ħal Qormi kien qiegħed isuq karozza tat-tip Peugeot 607 u jidher li tilef il-kontroll u baqa’ dieħel ġo siġra mal-ġenb tal-karreġjata.

Kawża tal-impatt qawwi, il-magna tal-karozza inqalgħat minn postha u tkaxkret għal diversi metri. Ħafna żejt inxtered fit-triq. Fil-ħin tal-inċident kien hemm karozza Toyota Vitz għaddejja fil-karreġjata opposta li ntlaqtet minn biċċiet tal-karozza misjuqa miż-żagħżugħ.

Fuq il-post hemm tliet vetturi tat-tifi tan-nar u ambulanza. Bħalissa l-Pulizija qed jidderiġu t-traffiku iżda t-triq tinsab miftuħa.

Aqra aktar

Inċident fis-Siġġiewi

Anzjan ta’ 72 sena mis-Siġġiewi kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Lapsi s-Siġġiewi.

L-anzjan, li kien qed isuq Subaru E10,  jidher li ma sofriex ġrieħi gravi iżda ttieħed l-isptar Mater Dei għall-osservazzjoni. L-inċident seħħ bejn tliet karozzi, iżda waħda minnhom kienet ipparkjata.

Evitaw id-dawra tal-Belt

Diversi persuni qed jikkuntatjawna biex jgħidulna li l-Belt Valletta tinsab imwaħħla bi traffiku staġnat f’bosta postijiet.

Jirriżulta li kawża tal-inkjesta maġisterjali li qiegħda ssir fejn ftit ilu seħħ inċident li ħalla persuna fil-periklu tal-mewt, it-triq ta’ ħdejn id-dwana tinsab magħluqa u dan qed iwassal għal inkonvenjent kbir.

Aqra aktar

Send this to a friend