accident – Page 3 – One News

Notifiki

Mara ta’ 59 sena ssofri ġrieħi gravi

 

Dalgħodu għall-ħabta ta’ 9.30am, karozza tat-tip Perodua Kancil misjuqa minn mara ta’ 76 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, kellha mpatt ma ħajt fi Triq Lapsi, s-Siġġiewi. Konsegwenza t’hekk il-vettura spiċċat ġo għalqa.

Aqra aktar

Il-pulizija tispara fuq ġuvni ta’ 14-il sena u jitlef ħajtu

Il-pulizija ta’ Los Angeles sparat fuq ġuvni ta’ 14-il sena wara li prova jispara fid-direzzjoni tagħhom.

Id-dipartiment tal-pulizija kien qed jinvestiga każ ta’ vandaliżmu wara li persuni li jgħixu fl-inħawi ċemplu li kien qed isir att vandalu fiż-żona ta’ fejn jgħixu. Meta l-pulizija waslet fuq il-post rat lil żewġ żgħażagħ jiġru.
Aqra aktar

AĠĠORNATA: Tifel ta’ 5 snin u mara ta’ 32 sena jsofru minn ġrieħi gravi

Tifel ta’ 5 snin kif ukoll mara ta’ 32 sena qed isofru minn ġrieħi gravi dan wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas- 14.00p.m seħħ aċċident bejn żewġ vetturi fi Triq l-Iljun, Ħal Qormi.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni vettura tat-tip Ford Fiesta u vettura oħra Renault Clio kellhom impatt bil-konsegwenza li ż-żewġ xufiera kif ukoll il-passiġġiera ġarrbu xi ġrieħi.

Aqra aktar

Tifel ta’ 12-il sena fil-periklu tal-mewt

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-19.00p.m intlaqtet persuna minn vettura fi Triq Sant’ Andrija, San Ġiljan.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li tifel ta’ 12-il sena għal xi raġuni safa’ milqut minn vettura tat-tip King Long wara li kien qiegħed jipprova jaqsam it-triq.

Aqra aktar

Ġuvni ta’ 19-il sena jsofri ġrieħi gravi wara argument

Somalu ta’ 19-il sena li jgħix Marsascala intlaqat b’arma li taqta’ u bil-ponta wara li kien involut f’argument. Iż-żagħżugħ sofra ġrieħi gravi, fl-inċident li seħħ fl-għaxra neqsin kwart ilbieraħ filgħaxija.

Il-Pulizija qalet li għadha mhix magħrufa l-identità tal-persuna l-oħra involuta fil-ġlieda. Is-Somalu midrub ittieħed l-isptar Mater Dei għal kura, u l-Pulizija qed tinvestiga.

 

Send this to a friend