accident – Page 2 – One News

Notifiki

ANZJAN IMUT FIT-TRIQ; MILQUT MINN KAROZZA

Ragel ta’ 71 sena miet wara li ttajjar minn vettura, Triq l-Ingiered, viċin San Vincenz de Paule. Huwa ttajjar minn raġel ieħor ta’ 58 sena li kien qed issuq vettura tat-tip Toyota helix u huwa residenti l-Imqabba.

Aqra aktar

Raġel ta’ 36 sena JITLEF ĦAJTU wara inċident bil-mutur fil-Mellieħa

Illum ghall-ħabta tad-disgħa seħħ inċident stradali fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa.

Xufier ta’ mutur tat-tip Triumph tilef il-kontroll u kellu mpatt ma’ xi crash barriers. 

Ir-raġel li għandu 36 sena u residenti Ħal Balzan ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, iżda sfortunatament aktar tard huwa tilef ħajtu.

 

 

Għal darb’oħra l-‘lifeguards’ tar-Red Cross jirriskjaw ħajjithom

Għall-ħabta tas-18.30p.m erba’ persuni sabu ruħhom f’diffikultá wara li niżlu jgħumu f’baħar imqalleb f’Golden Bay. Iż-żewġ persuni ngħataw l-għajnuna minn xi persuni li kienu fuq il-post, waħda mill-għawwiema li hija ta’ Nazzjonalita Spanjola u għandha 22 sena ttieħdet l-isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tagħha għad mhux magħrufa.

Screen Shot 2016-09-06 at 19.56.04

Aqra aktar

Tlett itfal b’ġrieħi gravi wara li waqa’ rmied ta’ BBQ fuqhom

Ilbieraħ għall-ħabta tas-19.00p.m, waqt li raġel Taljan ta’ 39 sena li jgħix Birżebbuga kien qiegħed jagħmel barbecue f’gallarija, xi nar mill-barbecue stess waqa’ għal isfel.

Tlett subien li għandhom 12-il sena, 10 snin u 5 snin li kienu qegħdin taħt il-gallarija intlaqtu min-nar u ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Il-pulizija kkonfermat li dawn it-tfal qegħdin isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Send this to a friend