accident – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Sodisfatti li saret ġustizzja

Il-familja ta’ Clifford Micallef, iċ-ċiklist li disa’ snin ilu tilef ħajtu wara hit & run fi Triq il-Kosta, tinsab sodisfatta bl-għoti tas-sentenza ta’ tliet snin ħabs effettivi lis-sewwieq li kien saħansitra qed isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Aqra aktar

Il-Maltemp jikkawża ħabta bejn tliet karozzi f’Għawdex.

Għall-ħabta tas-2:30 ta’ wara nofsinhar, f’xita qalila, fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija Għawdex seħħet ħabta bejn tliet karozzi.

Minn informazzjoni li għandu ONE NEWS persuna involuta f’dan l-inċident ittieħdet l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex minħabba ġrieħi ħfief.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Baqa’ dieħel bil-vann ġo blokka appartamenti

Raġel ta’ 35 sena ttieħed Mater Dei dalgħodu, wara li baqa’ dieħel f’ħajt bil-vann tat-tagħbija tiegħu.

L-inċident seħħ fi Triq Birkirkara f’San Ġiljan għall-ħabta tas-1.45am.

Jidher li raġel mill-Ħamrun baqa’ dieħel f’faċċata ta’ blokka ta’ appartamenti.

Issejħet l-assistenza meħtieġa fuq il-post.

Jidher li s-sewwiq ħarrab ġrieħi ħfief. Aktar dettalji malli jaslulna.

Aġġornat: Diżgrazzja fl-ajru: 71 passiġġier maħsuba mejta

Ajruplan Russu b’71 passiġġier ġie rrapportat nieqes wara li telaq mill-ajruport internazzjonali ta’ Domodedova f’Moska, ir-Russja. Dan kien ikkonfermat lill-midja Russa minn sorsri qrib is-servizzi tal-emerġenza.

L-ajruplan għib minn fuq ir-radar għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar ħin lokali (13.00) minn għoli ta aktar minn ħames t’elef pied. Fuq l-ajruplan kien hemm ħamsa u sittin passiġġier flimkien ma’ ekwipaġġ ta sitt persuni.

L-ajruplan tat-tip Antonov 148 telaq mill-ajruport ta’ Moscow Domodedovo lejn Orsk viċin tal-fruntiera ta l-Każakstan.

Aġġornat bil-filmat: Żewġ persuni l-isptar wara ħabta

Żewġ persuni li kienu fuq mutur ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li seħħet ħabta bejn mutur u karozza f’ St. Luke’s Road, Gwardamangia.

Dan ġara għall-ħabta tal-11.00 hdejn il-bini tal-Aġenzija Appoġġ. Immedjatament marru l-pulizija tad-distrett fuq il-post.

Il-mutur kien tat-tip Reiju Marathon 125, misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti Ħal Balzan li kellu riekeb miegħu raġel ta’ 43 sena residenti Tas-Sliema u karozza tat-tip Volkswagon Jetta, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena li joqgħod iż-Żurrieq. Ir-resident ta’ Tas-Sliema ġie ċċertifikat li qed isofri min grieħi ta’ natura gravi.

Ir-raġel ta’ 52 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel ta’ 43 sena għadha mhux magħrufha.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Tittajjar persuna fi Triq Dom Mintoff, Bormla

Persuna li ttajret fi Triq Dom Mintoff f’Bormla għall-ħabta tad-21.05 tal-lejla ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura.

 

Il-persuna li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, intlaqtet minn karozza. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa u l-pulizia għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom dwar dan il-każ.

 

Aktar dettalji malli jaslulna.

Send this to a friend