abort | One News

Notifiki

Bil-ġudizzji tiegħu il-Parlament Ewropew jikkundanna lil Malta talli ma daħħlitx l-abort

Dawk li jogħxew meta jisimgħu MEPs Maltin u Ewropej jikkritikaw u jikkundannaw lill-Gvern Malti dwar is-Saltna tad-Dritt jagħlqu ħalqhom dwar il-kundanna tal-Parlament Ewropew għall-fatt li Malta ma daħħlitx l-abort. Dawn ma jikkummentawx meta jirrealizzaw li bil-ġudizzji tiegħu, il-Parlament Ewropew jikkundanna wkoll lil Malta għax ma daħħlitx l-abort. Dan qalu Alfred Sant meta fil-Parlament Ewropew meta stqarr li l-abort bl-ebda mod ma jinsab fil-programm tat-tmexxija tal-Gvern Laburista.

“Dawk il-Maltin li jxewxu lill-Parlamentari Ewropej dwar is-saltna tad-dritt f’Malta qed iwittu t-triq biex il-biċċa tal-abort tinfetaħ fostna mill-Ewropej. Dawk il-barranin li qed jagħtuhom palata biex il-kwistjoni tas-Saltna tad-Dritt tibqa’ titqanqal, malajr jistgħu jduru fuqhom u jgħidulhom: Isimgħu, dan kif dwar is-Saltna tad-Dritt fil-każ tat-tmexxija tal-gvern il-ħin kollu timbuttaw, imma dwar l-abort ma ssemmu xejn?” qal Alfred Sant. Aqra aktar

L-abort mhux fuq l-aġenda ta’ Gvern Laburista- il-Ministru Michael Falzon

Il-Ministru Michael Falzon ċħad kategorikament li l-abort jinsab fuq l-aġenda tal-gvern Laburista. Waqt li kien qed jagħlaq id-diskussjoni fit-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali, il-Ministru Falzon rrefera għal dak li qal id-deputati parlamentari nazzjonalista Claudio Grech li qal li d-drittijiet tat-tarbija fil-ġuf huma taħt attakk u dak li qal Robert Cutajar li appella biex il-gvern ma jressaqx il-liġi dwar l-abort.Aqra aktar

Il-progress qawwi miksub fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fl-aħħar ħames snin imfaħħar fl-ogħla forum internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti

Waqt it-tielet Eżami Perjodiku Universali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Malta, pajjiżna kien imfaħħar għall-progress miksub fl-aħħar ħames snin. Il-progress kien xprunat mill-bidla fil-mentalità ta’ nazzjon li nħeles mill-ktajjen konservattivi biex illum, kulħadd, mingħajr ebda distinzjoni, ingħata d-dinjità li tixraqlu.

Aqra aktar

Esponent tal-Life Network iġib fix-xejn l-allegazzjonijiet tal-PN dwar l-abort

Esponent ewlieni tal-għaqda Life Network, li ilha żmien twil tikkampanja kontra d-dħul tal-abort f’Malta, ġab fix-xejn l-allegazzjoinjiet bla bażi li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista dwar l-abort.

Il-kwistjoni bdiet hekk kif il-Gvern beda b’diskussjonijietet biex isaħħaħ il-liġi dwar il-vjolenza domestika li m’għandha x’taqsam xejn mal-abort.

Aqra aktar

Tonio Borg il-politiku li ħalla bieb imbexxaq għall-abort

Il-Partit Nazzjonalista għaddej bi sforz biex jipprova joħloq kwistjoni mis-suġġett tal-abort anke jekk ebda partit politiku f’pajjiżna ma ddikjara pożizzjoni favur l-abort. Bl-iktar dikjarazzjonijiet ċari favur il-ħajja u kontra l-abort isiru fost l-oħrajn mill-Prim Ministru, Joseph Muscat.

Peró l-ironija fil-kampanja tal-PN hi li l-aħħar politiku ewlieni Malti li ħalla bieb imbexxaq għall-abort kien Tonio Borg. Meta għamel l-eżami għall-Kummissarju Ewropew Borg ma kkundannax l-abort kif mistenni minnu. Meta dakinhar Membri tal-Parlament Ewropew kienu qed jgħafsuh fuq dan is-suġġett u qalulu li kien kontra l-abort Tonio Borg kien qalilhom biss li hu jaġixxi ta’ Kummissjarju Ewropew mhux ta’ Malti.

Dakinhar ma kellux kliem ta’ kundanna. Saħansitra quddiem l-MEPs kien ftaħar li kien ikkritikat f’Malta għax rrifjuta li jikkundanna mara li marret ir-Renju Unit għal abort.

Delia jrid jivvinta issue li ma teżistix

Id-diskors ta’ Adrian Delia dwar l-abort huwa diskors ta’ min jidher iddisprat biex jivvinta issue li ma teżistix. Delia jista’ jserraħ moħħu li mhux se jingħata dan iċ-ċans.

Isejħu biex l-abort ma jibqax reat kriminali f’Malta

In-nuqqas ta’ popolarità tas-suġġett tal-abbort huwa minħabba li n-nies ma jitkellmux onest fuq dan it-taboo, qalu l-attivisti nisa dalgħodu fil-Belt Valletta.

Dan huwa l-ewwel darba li nisa attivisti ma ddejqux juru l-identità tagħhom biex juru l-opinjoni tagħhom dwar dan is-suġġett.

Andrea Dibben saħqet ukoll li ma humhiex ċerti jekk is-sondaġġi li jsiru jurux stampa reali tal-opinjoni vera tan-nies. Dibben enfasizzat il-punt li d-drittijiet umani m’għandhom qatt jiġu deċiżi mill-maġġoranza għaliex kieku l-ebda riforma ma ssir jekk tittieħed wara l-fehma tal-maġġoranza.

L-attivista Lara Dimitrijevic qalet li n-nies jibżgħu juru l-opinjoni vera tagħhom b’sondaġġ bit-telefon dwar l-abort. Sostniet li ġaladarba persuna tiġi kkuntattjata bit-telefon, ifisser li l-identità tal-persuna tkun magħrufa.Aqra aktar

Send this to a friend