abbozz – One News

Notifiki

May trid tkompli tbigħ l-abbozz tagħha dwar Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż, Theresa May, mistennija ġġeded l-isforzi tagħha biex tbigħ jew aħjar tikkonvinċi bl-abbozz tal-ftehim b’rabta ma’ Brexit.

Hija qalet li permezz tiegħu, l-immigrazzjoni tiġi bbażata fuq il-ħiliet, bl-Ewropej ma jibqgħu jagħtu aktar prijorità lill-enġiniera minn Sydney jew dawk li jiżviluppaw is-software minn Delhi.Aqra aktar

Is-Soċjalisti Ewropej ifaħħru l-kisba ta’ Gvern Laburista u ż-żwieġ ugwali

  • Is-Soċjalisti Ewropej qed ifaħħru l-abozz ta’ liġi introdott minn Gvern Laburista dwar żwieġ ugwali

Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej stqarr li huwa sodisfatt ferm li pajjiżna approva l-abbozz ta’ liġi għal żwieġ ugwali. Il-PES qal li pajjiżna kien il-ħmistax-il pajjiż li daħħal din il-liġi. Il-President tas-Soċjalisti Ewropej, Sergei Stanishev qal “Aktar drittijiet ikomplu jespandu d-demokrazija.”

Aqra aktar

LIĠI MEDIA: L-OSCE tgħid li kellu bżonn kulħadd bħal Malta

“Once again, our office does not always work so closely with a government on a draft media bill. You set a demanding precedent here for your colleagues – all the more while you are EU Presidency.”

Dan huwa kelma b’kelma dak li qalet l-OSCE, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa li taħdem favur l-istabilità, il-paċi u d-demokrazija.

Aqra aktar

L-OSCE tilqa’ l-abbozz ta’ liġi dwar il-midja

Dunja Mijatović, rappreżentanta tal-OSCE għall-Libertà tal-Midja, kellha kliem pożittiv ferm dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-midja li ġie ppreżentat mill-Gvern Malti.

“Nilqa’ bosta provvedimenti tal-abbozz ta’ liġi, li, jekk jiġi adottat, joffri iżjed protezzjoni għax-xogħol ġurnalistiku,” qalet Mijatovic wara  analiżi li seħħet fuq talba tal-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici.

Fil-kummenti tagħha, Mijatović innutat provvedimenti bħad-dekriminalizzazzjoni ta’ ċertu offiżi li għandhom x’jaqsmu ma’ attivitajiet ġurnalistiċi u l-midja.

Aqra aktar

Se jkollok avukat BI DRITT waqt l-arrest

Persuna arrestata se jkollha dritt li tagħżel avukat sa mill-bidu tal-arrest.

Persuna suspettata għandha tkun informata dwar ir-raġuni għalfejn se tkun interrogata, filwaqt li tikkomunika fil-privat mal-avukat tal-għażla tagħha, anke qabel l-interrogazzjoni mill-Pulizija. L-avukat għandu jkun preżenti waqt l-interrogazzjoni, u jista’ wkoll jagħmel il-mistoqsijiet wara l-interogazzjoni.

Dan tħabbar illum wara li kien ippubblikat abbozz ta’ liġi li jsaħħaħ id-dritt ta’aċċess għal avukat privat fl-iktar mumenti fejn persuna tkun vulnerabbli.

L-abbozz ta’ liġi  tressaq mill-Ministru Owen Bonnici bil-għan li tiġi implimentata direttiva Ewropea dwar id-dritt ta’ aċċess għal avukat f’proċeduri kriminali u f’dawk ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.

Aqra aktar

Send this to a friend