abbozz ta’ liġi – One News

Notifiki

Jitwarrab l-Abbozz ta’ liġi kontroversjali li qajjem furur f’Hong Kong

Waqt konferenza stampa indirizzata llum mill-Kap ta’ Hong Kong, Carrie Lam, qalet li l-abbozz kontroversjali li kien jippermetti estradazzjoni lejn iċ-Ċina u li qajjem furur f’dawn l-aħħar ġimgħat f’Hong Kong, huwa mitmum. Hija qalet li x-xogħol li sar mill-Gvern dwar dan l-abbozz kien falliment totali, iżda naqset milli tgħid li ġie rtirat kompletament bħalma qed jitolbu d-demostranti. F’nofs Ġunju li għadda, Lam kienet kostretta li tissospendi l-abbozz b’mod indefenittiv wara li eluf ta’ nies inġabru fit-toroq ta’ Hong Kong jipprotestaw. Aqra aktar

Il-Gvern jibqa’ jżomm mal-prinċipji

Il-Kumitat għall-Abbozzi tal-liġijiet kompla jiddiskuti fi stadju tat-tielet qari l-emendi għal-liġi li għandha ġġib l-ugwaljanza fiż-żwieġ.

L-andament tal-laqgħa fi stadju ta’ kumitat segwa dak tal-ewwel parti tul il-jum tal-Ħamis fejn l-Oppożizzjoni baqgħet tagħmel emendi li jmorru kontra l-ispirtu tal-liġi ta’ lingwaġġ newtrali bin-naħa tal-gvern, partikolarment il-Ministru Helena Dalli, tfakkar li din hi liġi maħsuba biex iġġib l-ugwaljanza u mhux maħsuba biex ikun hemm l-għażliet bħal li kieku wieħed qieggħed f’xi supermarket.

Aqra aktar

L-Abbozz ta’ Liġi dwar il-midja u l-malafama approvata unanimament

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici lbieraħ fil-Parlament qal li l-Gvern huwa aġent għall-bidla u huwa determinat aktar minn qatt qabel li jkompli jmexxi l-pajjiż ’il quddiem.

Waqt li kien qed jagħlaq id-dibattitu fit-tieni qari tal-abbozz ta’ Liġi  dwar il-midja u l-malafama, il-Ministru Bonnici qal li din hija liġi maġġura li għaliha din il-leġislatura se tibqa’ tissemma. Il-Gvern fetaħ il-bibien beraħ. Bla preċedent, għall-ħelsien tal-espressjoni wara dik tal-ħelsien tal-espressjoni artistika.

Aqra aktar

Send this to a friend