abbatini | One News

Notifiki

Bil-Filmat: 26 abbati Malti jiltaqgħu mal-Papa Franġisku

26 tifel li jservu ta’ abbatini madwar il-parroċċi ta’ pajjiżna kellhom l-opportunità li għal tlett ġimgħat sħaħ jgħixu fil-Belt Majestuża tal-Vatikan kif ukoll jiltaqgħu f’laqgħa privata mal-Papa Franġisku.

L-abbatini li l-età medja tagħhom hija ta’ 12-il sena għamlu din l-esperjenza reliġjuża fil-Vatikan war proċess rigoruż li kien jinvolvi żewġ eżamijiet. Aqra aktar

L-Abbatini Maltin mal-Papa Franġisku fil-Vatikan

Il-Papa għoġbu jiltaqa’ mat-tieni grupp tal-abbatini Maltin li bħalissa qegħdin jaqdu s-servizz liturġiku fil-Bażilika ta’ San Pietru. Il-Papa qal li kien pjaċir tiegħu jiltaqa’ ma’ dawn it-tfal.

Hu sellem lil kull abbati wieħed wieħed, mar f’nofshom minn rajgħ għar-ritratt u wara talab magħhom l’Ave Marija.Aqra aktar

“Għamiltu tajjeb” – il-Papa Franġisku lill-abbatini Maltin

Il-Papa Franġisku llum iltaqa’ mat-tieni grupp tal-Abbatini Maltini. L-abbatini offrew lill-Papa Franġisku s-somma ta’ €300 għall-vittmi tat-terremot fl-Italja, bħala ġest ta’ solidarjetà ma min tilef kollox.

B’mod partikolari ftakru fit-tfal li sfaw imċaħħda mill-bżonnijiet kollha.

Il-Papa qal lill-abbatini “għamiltu tajjeb”, talab fuqhom u berikhom.

Aqra wkoll: http://www.one.com.mt/news/l-ewwel-darba-li-missejt-ma-san-pietru/

Abbatini Maltin u Għawdxin jiltaqgħu mal-Papa Franġisku

Abbatini Maltin u Għawdxin iltaqgħu mal-Papa Franġisku quddiem Santa Marta. Il-Papa talab li l-ewwel jieħdu ritratt tal-grupp u imbagħad sellem lill-abbatini wieħed wieħed.

Dawn l-abbatini qegħdin l-Vatikan bejn il-5 u t-23 t’Awwissu, biex offrew s-servizz liturġiku fil-Bażilika ta’ San Pietru lbieraħ.

Wara li ttieħed r-ritratt, il-Papa dar u ħa b’idejn kull abbati. Matul il-laqgħa l-Papa rringrazzja lill-abbatini tal-għajnuna u l-impenn tagħhom filwaqt li talabhom biex jitlobu għalih. Fl-aħħar tal-laqgħa l-Papa qal li jrid iberikom, għalhekk għamel waqfa ta’ silenzju, u wara berikhom u tahom kuruna tar-ruzarju filwaqt li rega’ qalilhom biex jitolbu ghalih.

 

Send this to a friend