abbandunati – One News

Notifiki

Busuttil ma jafx x’sar fil-Parlament; dwar l-annimali reġa’ wiegħed dak li sar

F’dawn l-aħħar erbà snin sar ħafna xogħol f’dawk li huma drittijiet tal-annimali minn Gvern Laburista, xogħol li minkejja li qatt ma sar taħt amministrazzjoni preċedenti, Simon Busuttil kellu biss kritika għalih. Iżda, llum dwar dan is-settur m’hu qed jipproponi ebda proposta konkreta; minflok wiegħed proposti li 99% tagħhom diġà twettqu jew qed isiru fil-preżent.

Dan kien kliem is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, li f’konferenza tal-aħbarijiet ta elenku tal-proposti li ħabbar il-Partit Nazzjonalista dwar l-annimali. Elenku li juri kif dak li qed jipproponi Simon Busuttil jew diġà twettaq jew qal li ma jistax isir fil-Parlament minkejja li Gvern Laburista wettqu.

Aqra aktar

580 kelb salvat mit-triq fl-2016

  • Ħafna minnhom issa sabu dar xierqa fejn jistgħu jagħtu mħabba kbira lura

Fl-2016 madwar 580 kelb salvaġġ inġabru mit-toroq Maltin u ttieħdu l-isptar San Franġisk għall-kura. Ħafna minn dawn instabu f’żoni urbani f’pajjiżna peress li hija fin-natura tal-kelb li ‘jemigra’ minn post għall-ieħor.

Dan it-tagħrif jirriżulta mill-istatistika li jżomm id-Direttorat ta’ Trattament Xieraq għall-Annimali li qal li jiġbor biss annimali feruti jew morda mit-triq u jħalli klieb li huma b’saħħithom. Dan ifisser li fit-toroq Maltin hawn mijiet oħra ta’ klieb deskritti bħala slavaġ.

Aqra aktar

“Ta’ kuljum jitħallew jiġru fit-toroq, abbandunati u jitolbu għall-għajnuna.”

Vulnerabbli, jitħallew jiġru abbandunati fit-toroq bil-maġġoranza tagħhom abbużati. Din hija r-realtà ta’ numru kbir ta’ klieb li llum jinstabu fis-santwarju tal-Assoċazzjoni tal-Annimali Abbandunati. Iżda huma ftit dawk li jafu kemm dawn is-santwarji huma importanti għal dawn il-ħlejqiet li ma jistgħux isemmgħu leħinhom. one.com.mt tkellem ma’ Rosalind Aguis li tmexxi din l-assoċjazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend