Aaron Farrugia – One News

Notifiki

Jiltaqgħu l-imsieħba soċjali bi tħejjija għall-baġit li jmiss

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis fisser kif djalogu soċjali b’saħħtu huwa s-sinsla tal-paċi industrijali li tirrenja f’pajjiżna u l-progress ekonomiku u soċjali li ksibna fl-aħħar snin.

Progress bi skop biex it-tkabbir ekonomiku bla preċedent jissarraf f’saħħa aħjar għal kulħadd, edukazzjoni tajba għall-istudenti tagħna u titjib fil-ħarsien soċjali biex ħadd ma jaqa’ lura.Aqra aktar

Malta tilħaq 100% tal-miri tal-Fondi Ewropej

Sal-aħħar tal-2018 Malta kkommettiet  ħamsa u disgħin fil-mija tal-fondi strutturali Ewropej allokati għaliha bejn l-2014 u l-2020.

Dan ifisser li l-Gvern Malti mhux biss identifika liema oqsma ser jintefqu l-Fondi Ewropej iżda kkommetta l-flus u bdew jiġu implimentati permezz ta’ ffirmar ta’ ftehimiet mal-benefiċċjarji diversi li jkunu ikkwalifikaw, kif spjega is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Se jkun irrinovat il-Mużew Marittimu

Il-Mużew Marittimu fil-Birgu li jilqa’ fih eluf ta’ oġġetti marbuta mal-baħar se jiġi rrinvot u mmodernizzat b’investiment ta’ €2 miljun. Il-proġett minn Heritage Malta se jara l-mużew jikber b’500 metru kwadru l-ispazju għall-pubbliku kif ukoll l-ispazju għall-wiri. Apparti minn hekk il-mużew se jilħaq aktar viżitaturi diġitali permezz ta’ diġitizzazzjoni ta’ 2,600 mitt oġġett mill-kollezzjon tal-mużew.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħataw id-dettalji tal-proġett, iċ-ċermen ta’ Heritage Malta Anton Refalo qal li l-proġett se jsaħħaħ il-binja b’għadd ta’ interventi stutturali li se joħolqu mill-ġdid l-ambjent li ġie ddisinjart oriġinarjament mill-Arkitett Brittianiku William Scamp f’nofs is-Seklu 19.Aqra aktar

Send this to a friend