2019 | One News - Part 5

Notifiki

L-Ewropa trid tiżgura li l-Libja ma ssirx bejta tat-terroriżmu – Alfred Sant

Alfred Sant qal illum li l-Ewropa trid tiżgura li l-Libja ma ssirx bejta tat-terroriżmu f’intervent li għamel dwar is-sitazzjoni fil-Libja fil-Parlament Ewropew. L-Ewropej għandhom id-dmir li juru kif l-akbar interess tagħhom fil-Libja hu l-ġid tal-poplu Libjan. Mhux iż-żejt. Mhux min se jikkontrolla d-daħla lejn ir-riżorsi minerali tal-Afrika Ċentrali.

Aqra aktar

Apparat mediku ġdid b’investiment ta’ €700,000 għal operazzjonijiet li jirrikjedu qasma fiż-żaqq jew fis-sider

Kull sena, madwar 5,000 pazjent li jiġu bżonn operazzjoni li tirrikjedi qasma fiż-żaqq jew fis-sider, se jibbenefikaw minn apparat mediku ġdid li beda jintuża fl-Isptar Mater Dei b’investiment ta’ €700,000.

Imdawwar b’numru ta’ kirurgi li se jagħmlu użu minn dan l-apparat tal-ogħla livell, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne spjega li permezz tiegħu se jitħaddmu sistemi ta’ laperoskopija li jippermettu lill-kirurgu jagħmel interventi dettaljati b’qasmiet żgħar ħafna.

Il-kirurgu Joe Etienne Abela qal li l-pazjenti li l-aktar se jibbenefikaw minn din it-teknoloġija moderna huma dawk li jidħlu b’appendeċite u pazjenti bil-ġebel fil-marrara.

“Il-fatt li t-tagħmir issa huwa High Definition jgħin lill-kirurgu biex jagħmel operations iktar kumplessi per eżempju fejn titneħħa l-musrana l-kbira jew il-musrana ż-żgħira, l-istonku, partijiet mill-frixa, il-pajp tal-ikel, fejn tidħol ġinekoloġija t-tneħħija tal-utru u tal-ovaries.”

Sa issa l-pazjenti li jirrikjedu dawn it-tip ta’ interventi, ikollhom qasma kbira u jispiċċaw iqattgħu numru ta’ ġranet l-isptar biex jirkupraw.

Issa, b’dan l-apparat, il-qasma tkun ferm iżgħar u l-inkonvenjent ferm inqas għall-pazjent, tant li l-ħin li l-pazjent ikollu bżonn iqatta’ fl-isptar qabel ma jintbagħat id-dar, mistenni jonqos b’ħamsa u sebgħin fil-mija.

“Bil-laperoskopija flok qasma kbira, ikollok medja ta’ ħames qasmiet żgħar u dawn ma joffrux daqshekk uġigħ lill-pazjent. Ir-riżultat hu li l-pazjent ma jkunx muġugħ, jiċċaqlaq iktar, jiekol qabel, jattendi għall-bżonnijiet tiegħu qabel allura joħroġ mill-isptar iktar komdu f’qasir żmien.”

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li dan l-investiment se jwassal għall-pass li jmiss fil-kirurġija f’Malta, fejn fi żmien tnax-il xahar mistennija tibda titħaddem sistema ta’ robotic surgery.

“Bdejna l-proċess biex lejn l-aħħar tas-sena jew bidu tas-sena d-dieħla jkollna dak li ngħidulu robotic surgery jiġifieri għal numru ta’ operazzjonijiet – mhux l-operazzjonijiet kollha, il-kirurgu minbarra li jkollu persuna umana tassistih ikollu wkoll robot li qed jassistih biex l-operazzjoni ssir b’iżjed dettall, inkunu nistgħu nagħmlu operazzjonijiet li sa issa m’għamilniex u l-pazjenti jkollhom riżultati aħjar.”

Tibda t-tieni fażi tar-restawr fuq il-Victoria Lines, fin-naħa tal-Għargħur

Wara t-tlestija tar-restawr tal-parti tal-Victoria Lines li tikkorrispondi mat-tul tal-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta (Tarġa Gap), id-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali se jkun qiegħed jibda x-xogħlijiet ta’ restawr fuq parti oħra ta’ din il-fortifikazzjoni li tinsab fil-Għargħur (fil-parti magħrufa bħala Top of the World).

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Metsola mhix denja li terġa’ tkun eletta – Opinjonisti indipendenti

Roberta Metsola insiet li l-irwol tagħha fil-Parlament Ewropew mhux biex tkisser lil Malta imma biex tirrappreżenta l-aħjar interessi tal-Maltin li poġġewha hemm.

Dan qalu l-opinjonista indipendenti Martin Scicluna fil-ġurnal Times of Malta tal-Erbgħa, f’artiklu bit-titlu ‘Unworthy of election’.

B’diversi referenzi għal kitba tagħha stess, Scicluna juri kif Metsola qed tipprova ssalva ġildha u tgħatti dak li verament għamlet.

Aqra aktar

Send this to a friend