2019 – Page 2 – One News

Notifiki

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli tiltaqa’ mal-ħaddiema tal-ITS

Fi żjara li l-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli għamlet fl-Istitut tal-Istudji għat-Turiżmu, l-ITS, hija faħħret ix-xogħol kollu li qed jagħmel dan l-istitut sabiex iħarreġ lil dawk l-istudenti li għada pitgħada se jkunu qed jaħdmu fi ħdan l-industrija tat-turiżmu u tal-ospitalità.Aqra aktar

ARA: Jinġabru aktar minn €6,200,000 fl-Istrina

“Dan huwa l-karattru tal-poplu Malti, dan huwa l-veru poplu Malti ilhi meta jiġi mgħajjat, meta jiġi mgħajjat biex jingħaqad m’hawnx bħalu. Grazzi, grazzi minn qalbi!”

Dawn kienu l-ewwel kelmiet li lissen il-President ta’ Malta George Vella hekk kif sar magħruf li nġabru aktar minn sitt miljun u mitejn elf ewro għall-Istrina.Aqra aktar

L-Eżekuttiv Nazzjonali b’vot ta’ fiduċja unanimu fil-Prim Ministru

L-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, b’rappreżentanza tal-fergħat kollha tal-Partit Laburista, ta vot ta’ fiduċja unanimu lill-Prim Ministru.

L-Eżekuttiv Nazzjonali ħa nota tad-deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aħħar sigħat u l-vot ittieħed waqt laqgħa fejn b’sens ta’ responsabbiltà saret diskussjoni dwar l-iżviluppi fil-pajjiż fl-aħħar sigħat.

Send this to a friend