2019 – Page 17 – One News

Notifiki

ARA: Fi stat avvanzat il-bini tal-iskola primarja tal-Qawra

L-iskola Primarja tal-Qawra qegħda tinbena u waslet fi stat avvanzat. Dan sostnih ma’ ONE NEWS il-Kap tal-Kulleġġ Maria Reġina Patrick Decelis.

“L-iskola tal-Qawra qed tinbena u waslet fi stat avvanzat.”

Tul dawn l-aħħar erba’ snin, il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar rat żieda fil-popolazzjoni. Kien għalhekk li erba’ snin ilu nbnew klassijiet mgħammra b’sistemi tekonoloġiċi u interattivi.

Il-klassijiet jinkludu interactive white boards, sistema ta’ arja kkundizzjonata, kif ukoll aċċess għall-kmamar tal-banju skont l-ogħla standards Ewropej.

Apparti l-bankijiet tal-iskola, f’kull klassi hemm spazju għal-librerija.

Is-Sur Decelis qal għall-kuntrarju tal-impressjoni li qed tingħata, dawn il-klassijiet huma attrezzati tajjeb ħafna għat-tagħlim tal-istudenti.

“Il-pre fabricated classrooms li wzajna hemmhekk ma sarux biex ma nibnux skola. Jieħdu inqas żmien biex tibda tużahom- huma ‘state of the art.’ Fihom acs, toilets, twieqi- kollox, ‘intractive whiteboards.’  Attrezzati tajjeb ħafna bħal klassijiet oħra li huma mibnijin bil-ġebel.”

Il-Prinċipal għamilha ċara li dawn il-klassijiet m’humiex ser jiżdiedu ħalli b’hekk l-istudenti jkomplu jgawdu l-ħin rikreattiv tagħhom fil-bitħa tal-iskola.

“F’San Pawl il-Baħar kif inhuma l-affarijiet m’hemm l-ebda pjan li jizdiedu dawn il-pre fabricated classrooms- issa mhux ser ikun hemm dik id-deċiżjoni għaliex l-ispazju għal-logħob- il-btieħi jridu jibqgħu kif inhuma.”

Huwa saħaq li mindu ġew introdotti dawn il-klassijiet, l-istudenti fl-iskola komplew għaddejjin bl-istudji tagħhom fejn ta’ kuljum qegħdin jitħarrġu bl-aqwa għodda possibbli biex jisfruttaw il-potenzjal kollu tagħhom.

Sorsi jgħidu li l-kokaina nħallet bħaz-zokkor fl-ilma

Id-Dwana ta’ Malta għamlet qabda ta’ sittin kilo droga kokaina moħbija f’kontejner tal-għoxrin pied fil-Port Ħieles.
Minn stħarriġ li sar, irriżulta li d-droga kellha purità ta’ mija fil-mija u l-valur tagħha fis-suq huwa stmat li jlaħħaq il-11-il miljun ewro.

Aqra aktar

Kuntistabbli jinqabad fil-pussess tad-droga kokaina

Kuntistabbli tal-Pulizija Għawdxi mistenni jitressaq il-Qorti wara li l-Ħadd li għadda huwa nstab fil-pussess ta’ sitt qratas kokaina. Il-kuntistabbli ta’ 21 sena inqabad fil-pussess tas-sustanza illeċita waqt li kien fost il-partitarji fl-istadium tal-futbol f’Għawdex waqt il-logħba Xewkija Tigers kontra Nadur Youngsters.

Aqra aktar

Send this to a friend