2018 – Page 9 – One News

Notifiki

Ir-riħ qawwi se jkompli

Sas-18.00 tal-lejla mistenni jkompli r-riħ qawwi fil-gżejjer Maltin. Dan hekk kif anke l-uffiċċju meteoroloġiku ħareġ twissija ta’ riħ qawwi fil-gżejjer Maltin mill-Majjistral.

Għandhom jiġu evitati xtajtiet jew postijiet perikolużi f’dawn il-waqtiet.

Alfred Sant jgħid li l-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar il-mobbiltà militari jinjora l-pożizzjoni ta’ stati membri newtrali

L-MEP Malti Alfred Sant astjena fuq il-vot finali ta’ rapport dwar il-mobbilta` militari tal-UE għaliex qal li dan il-pjan ta’ azzjoni propost mill-UE ma jqisx il-pożizzjoni tal-istati membri ‘newtrali’ tal-Unjoni Ewropea. Dr Sant qal li dan iqis bħala fatt maqbul l-appoġġ u l-assoċċjazzjoni tal-UE fi programmi ta’ alleanza militari, anke jekk dan jista’ jkun ta’ xkiel u mhux fl-interess tal-istati membri newtrali tal-UE.

Aqra aktar

Sena mill-aqwa għaċ-ċinema fl-Ewropa

L-2018 mistennija tkun sena rekord ta’ persuni li marru ċ-ċinema fl-Ewropa. Studju fl-Ewropa juri li mhux anqas minn 176 miljun persuna għażlu li jaraw film fis-swali taċ-ċinema. Din hija l-ogħla rata mill-1970 s’issa, u żieda ta’ sitt miljun persuna meta mqabbel mal-2017.

Fl-Ewropa, iċ-ċinema mmistennija ddaħħal ftit anqas minn żewġ biljun ewro sal-aħħar ta’ din is-sena.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Kemm hi sabiħa Malta” – Studenti barranin f’Malta

Hekk laqgħuna madwar 50 student barrani li bħalissa jinsabu f’Malta bħala parti minn Youth Exchange li jitratta il-ħajja taċ-ċittadini fuq gzira.

Ċipru, il-Greċja, Sqallija, Sardinja kif ukoll Malta, huma l-ħames pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem f’dan il-proġett, fejn ilhom għal dawn l-aħħar sebat ijiem jieħdu sehem f’attivitajiet madwar Malta u Għawdex.

Diversi studenti saħqu magħna li gżira bħal Malta diffiċli issib, għax għalkemm aħna żgħar, għandna kollox, b’uħud ifaħħru l-kultura Maltija.

“Enjoyable for tourist, for young people who wants to get involved….i think malta is a beautiful island and alot of beautiful stories, beautiful structures…the culture is very nice, we saw a lot of historical sites like the churches and the buildings are very very nice, because they are very preserved”

Stephanie Fenech, il-koordinatriċi ta’ dan il-programm, saħqet ma’ One News li waħda mill-affarijiet li dawn il-parteċipanti jżommu għal għomorhom hi l-ħbiberija.

“Il-ħbiberija ġdida li dawn il-50 parteċipant ikreaw bejniethom, mhux ħa ngħidu li aħna għamilniha l-ħbiberija, imma l-mod kif ħdimna u kif irreaġixxew iż-żgħażagħ għal din il-parteċipazzjoni tagħhom”

Dan il-programm se jintemm il-Ħadd, bil-parteċipanti jitilqu lura lejn pajjiżhom b’togħma aħjar ta’ kif ngħixu aħna l-Maltin.

BIL-FILMAT: L-ikbar kalzetta tal-Milied f’Ħad-Dingli

Dieħel ġmielu l-ispirtu tal-Milied f’Ħad Dingli, hekk kif sa tmiem din il-ġimgħa, din il-lokalita’ ser tkun attrazzjoni allegra. Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Għaqda Talent Dingli ser jerġa’ jikser ir-rekord bil-kalzetta tal-Milied, li hija twila tmien metri u tmintax-il ċentimetru u erba metri u għoxrin ċentimetru mill-biċċa t’isfel.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: ‘Thugs of Hindostan’ miġbud f’Malta

“Thugs of Hindostan” huwa film Indjan miġbud Malta. Film ta’ avventura sħiħa li seħħet meta l-Ingliżi kienu qed jokkupaw l-Indja.

Il-film inġibed f’Forti Rinella u Forti Rikażli fil-Kalkara fejn inbena s-sett minn ħaddiema maltin, b’mod professjonali, sabiex ikun jista jinġibed dan il-film ta’ Bollywood.

Aqra aktar

Send this to a friend