F’dawn iż-żminijiet ta’ festi, waqt li bosta jkunu qed jaħsbu dwar ir-rigali li se jagħtu lill-għeżież tagħhom, il-qraba ta’ Drew Abela, li miet kawża ta’ kumplikazzjoni medika, qed jaħdmu qatigħ favur kampanja tad-donazzjoni tal-organi.

F’dawn iż-żminijiet ta’ festi, waqt li bosta jkunu qed jaħsbu dwar ir-rigali li se jagħtu lill-għeżież tagħhom, il-qraba ta’ Drew Abela, li miet kawża ta’ kumplikazzjoni medika, qed jaħdmu qatigħ favur kampanja tad-donazzjoni tal-organi.
Kampanja biex tinħoloq kuxjenza dwar l-użu tal-plastik wasslet biex tintrama l-ikbar siġra tal-Milied bil-fliexken tal-plastik fl-iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija. Dan sar ukoll bl-għajnuna tar-residenti tal-lokal.
Il-diversi impenji tal-Kor Gaulitanus għall-żmien il-Milied għal darba oħra jilħqu l-qofol tagħhom fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida b’kunċert mużikali.
Il-kelma qarabagħli fid-dawl tal-web-series li jġib l-isem ta’ “Qarabagħli” tirreferi għal grupp ta’ sitt iħbieb li ħadu dan il-laqam minn wieħed mill-membri tal-grupp magħruf bħala ‘Johnny il-Qarabagħl’.
“Dan iż-żmien tal-Milied, aktar minn żmien ieħor fost is-sena, ifakkar lil bosta fit-tradizzjonijiet ta’ tfulitna. Fost l-oħrajn ifakkarna fil-purċissjoni bil-bambin u f’kemm-il vers kellna nitgħallmu biex ntellgħu l-biċċa xogħol teatrali anke jekk primittiva tagħna. Ifakkarni fil-ġulbiena li kienet tiżra’ u tħalli fid-dlam ommi. Ifakkarni fil-presepji differenti li konna ta’ kull sena nagħmlu bil-ġebel tal-gagazza jew bil-kartapesta. Illum il-purċissjoni nsegwiha biss u ma nistudja l-ebda linja, il-ġulbiena mhux dejjem ikolli ċans niżraha u l-presepju jibqa’ l-istess wieħed sena wara l-oħra.”
Nas Daily li kien f’pajjiżna matul din is-sena, reġa’ għażel lil Malta biex jagħmel il-filmat ghall-elf jum tiegħu. Dan tħabbar minn sieħbu li jivvjaġġa miegħu u li huwa parti mit-tim tiegħu fuq l-instagram personali bl-isem ta’ ‘projectnightfall’.
Nas Daily jqis li Malta hija l-post ideali għal dan il-filmat.
Il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta), permezz ta’ proġett ġdid li jismu Renal Unit Support Health Hub (R.U.S.H.), u b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Psikologi ta’ Malta se tibda toffri appoġġ psikoloġiku lill-pazjenti attwali li jbatu minn problemi fil-kliewi LifeCycle ser tintroduċi skema ta’ vawċers li permezz tagħha l-pazjent ikun jista’ jibda jikseb terapija mingħand psikoloġiku bla ħlas.
Għall-ħabta tad-9.10 ttajret mara fil-bypass ta’ Birkirkara minn vettura li kienet ħierġa minn triq sekondarja għall-bypass.
It-Tlieta filgħodu l-Pulizija mistennija tressaq żewġ persuni oħra l-Qorti b’rabta mal-attentat ta’ ‘hold-up’ li sar f’Ħaż-Żabbar nhar it-13 ta’ Novembru li għadda. F’dan l-attentat ta’ ‘hold-up’ minn ħanut bl-isem ta’ ‘Crystal Palace‘ kienu ġew sparati xi tiri permezz ta’ arma tan-nar minn Marcus John Calleja. Huwa tressaq il-Qorti jumejn wara l-każ u nżamm arrestat.
Fil-weekend li ġej 22 u 23 ta’ Diċembru 2018 in-Naxxar se jkun qed jinbidel f’atmosfera ferrieħija għal dawn iż-żmien ta’ festi. Dan hekk kif il-Kunsill Lokali tan-Naxxar għal sena ser jorganizza l-attività tal-Milied li bdiet fl-2009 iżda bid-differenza li din is-sena se ssir fi Triq Santa Lucija; waħda mill-isbaħ toroq antiki Naxxarin.