2018 | One News - Part 195

Notifiki

2,863 jitilfu l-punti fl-ewwel xahar

Fl-ewwel xahar sħiħ minn meta f’pajjiżna daħlet is-sistema tal-punti kien hemm 2,836 sewwieq li tilfu l-punti minħabba kontravenzjonijiet li għamlu speċjalment minħabba sewqan eċċessiv. Fil-fatt minn dawn kien hemm 2,132 li qabżu l-limitu sa inqas minn 15-il kilometru fis-siegħa iktar, filwaqt li 289 għamlu dan b’iktar minn 15-il kilometru fis-siegħa.

Kategorija oħra li rat diversi sewwieqa jitilfu l-punti għalkemm b’numri ferm inqas hija ta’ dawk li ma tawx każ is-sinjali tat-traffiku u jew għamlu u-turn jew inkella daru lejn in-naħa fejn mhux suppost għamlu dan. Kwistjoni oħra li toħloq periklu u għalhekk telf ta’ punti. Minn dawn kien hemm 211.

Dawk li l-punti tilfuhom għaliex inqabdu fuq il-mobile kienu 109, li jfisser ftit inqas minn erbgħa kuljum.

Aqra aktar

Dati kmieni għal din is-sena. Ħu nota!

Propju llum kienet l-aħħar ġurnata sħiħa d-dar għall-istudenti li nhar it-Tnejn jirritornaw lura l-iskola, wara l-weekend. Dan wara ħmistax vaganzi tal-Milied. Issa jmiss li l-istudenti jibdew jaħsbu għall-eżamijiet ta’ nofs is-sena bil-mod il-mod u mingħajr stress żejjed, iżda ma jdumux ma jkollhom il-vaganzi tal-karnival u wara tal-Għid il-Kbir.

 

Din is-sena, iva, kollox ġej kmieni. Il-Ġimgha l-kbira se tiġi ċċelebrata fit-30 ta’ Marzu u l-Għid il-Kbir jaħbat fl-1 t’April. Ras ir-Randan se jaħbat propju f’jum San Valentinu, fl-14 ta’ Frar. San Pawl se jiġi ċċelebrat fis-27 ta’ Jannar. Fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, il-festa tar-Redentur f’ħafna parroċċi se ssir fid-9 ta’ Marzu u d-Duluri tiġi ġimgħa qabel il-Ġimgħa l-kbira, jiġifieri fit-23 ta’ Marzu. Din tiġri kull tant snin, infatti biex terġa’ tiġi daqshekk kmieni l-Ġimgħa Mqaddsa, irridu nistennew is-sena 2023. Kif kienu jgħidu l-Maltin ta’ dari, ‘jekk int tħobb l-avvenimenti u l-iffesteġġjar, f’pajjiżna ma tagħmilx f’qalbek’ u din is-sena, se niċċelebrawhom malajr.

IL-BUDGET MAL-EWWEL DAQQA T’GĦAJN

  • ŻIEDA TA’ ĠURNATA OĦRA LIV
  • AKTAR TNAQQIS TA’ TAXXA GĦAL KULL MIN JAĦDEM
  • ŻIEDA TA’ €2 FIL-ĠIMGĦA GĦAL KULL PENSJONANT
  • €10,000 RIMBORS TA’ SPEJJEŻ GĦAL ADOZZJONI TA’ TFAL MINN BARRA L-PAJJIŻ
  • WARA 8 SNIN SE TIŻDIED IL-FOSTER CARE ALLOWANCE
  • REFUND TAT-TAXXA TAL-BOLL GĦAL MIN JIXTRI L-EWWEL U T-TIENI DAR
  • IŻ-ŻIEDA GĦALL-GĦOLI TAL-ĦAJJA GĦAS-SENA D-DIEĦLA SE TKUN TA’ €1.75 FIL-ĠIMGĦA
  • ESTENSJONI TAL-ISKEMA TAL-IN-WORK BENEFIT
  • TNAQQIS BIN-NOFS TAL-PREZZ TAL-EŻAMIJIET TAS-SEC U L-MATSEC
  • TALLINJA CARD B’XEJN GĦAL DAWK BEJN 16-20 SENA
  • SOCIAL LOANS BIEX AKTAR PERSUNI JSIRU SIDIEN TA’ DJARHOM
  • AĠĠUSTAMENT GĦALL-IMPJEGATI BIL-PAGA MINIMA
  • GOVERNMENT SAVINGS BONDS GĦALL-PENSJONANTI
  • €10.5 MILJUN OĦRA BIEX IKUNU NDIRIZZATI INĠUSTIZZJI TAL-IMGĦODDI
  • WHITE PAPER DWAR HOUSING AFFORDABBLI
  • XOGĦOL INFRASTRUTTURALI F’160 TRIQ RESIDENZJALI FL-2018
  • ESTENSJONI TAS-SERVIZZ TAL-IVF
  • €4.9 MILJUNI GĦAL PAGAMENTI EX-GRATIA GĦAL MIN KIEN IRREĠISTRA L-VETTURA FL-2007
  • €8.15 FIL-ĠIMGĦA FL-ALLOWANCE GĦALL-CARERS
  • SE TINFETAĦ SKEMA TA’ FIDI TA’ ĊNUS
  • TINQATA’ 20% INQAS MILL-PENSJONI T’ANZJANI LI JAGĦTU LURA L-POST TAL-GVERN MIKRI LILHOM META JMORRU F’DAR TAL-ANZJANI
  • INĦEĠĠU IKTAR INDIVIDWI JKOMPLU B’KORS POST-GRADUATE

Uħud mill-ħafna miżuri li ffurmaw il-baġit għas-sena d-dieħla. Baġit li fi kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat “ta ħafna u ma ħa xejn”.

Send this to a friend