2018 – Page 194 – One News

Notifiki

Ajruplan tal-Air Malta jispiċċa fin-Nadur

Fuq il-midja socjali tal-linja Nazzjonali Air Malta, ittella’ ritratt ta’ ajruplan li sar minn dilettanti tal-karnival fin-Nadur.

B’kumment ċajtier, il-kumpanija qalet li għandha l-kompetizzjoni u wriet apprezzament għax-xogħol artistiku.

Dan ix-xogħol sar minn grupp jismu Low Life Brother.

Il-Karnival fin-Nadur ikompli llejla.

 

Ara: Ir-Re tal-Karnival biċ-ċapċip fi triqtu lejn il-Ħamrun

Illum ir-Re tal-karnival se jallegra l-pubbliku fil-Ħamrun.

Dan il-filmat ittella’ waqt li r-Re kien fi triqtu u d-dilettanti esprimew il-ferħ tagħhom b’ċapċip.

L-attività tibda fid-9.30 fi Triq il-Kbira San Ġużepp.

Fil-karru, tispikka l-qanpiena tat-Tieni Gwerra Dinjija fuq wara.

 

Michelle Muscat tiffirma l-karru tagħha

Michelle Muscat sabet ruħha fuq karru tal-karnival flimkien ma’ mart il-Kap tal-Oppożizzjoni u d-deputat Marlene Farrugia.
Mart il-Prim Ministru Michelle jidher li laqgħet l-idea tal-entużjasti tal-karnival bi tbissima u spirtu sportiv, tant li telgħet fuq is-sellum biex tiffirma dan l-istess karru.
Jidher li din is-sena fir-renju tal-karnival dieħel kulħadd.

Giovedi Gras; jitla’ s-separju tradizzjonali

Maskarata tini perlina
Għax warajk għandek xadina
Minflok waħda tini tnejn
Għax tiddobba xi daqqtejn.

Propjament il-karnival jingħata bidu llum fejn il-ġurnata hija magħrufa bħala Giovedi Gras.

Inbeda fiż-żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann u baqa’ jissaħħaħ maż-żmien.

Il-kelma karnival ġejja minn Carne Vale għax il-laħam tista’ tieklu f’dan iż-żmien minħabba li l-għada tal-jiem tal-bluha jibda r-randan.

Dari, in-nies kienu josservaw it-tradizzjonijiet reliġjużi ħafna aktar mil-lum u ma kienu jmissu l-ebda biċċa ħelu ma’ ħalqhom. wisq aktar laħam.

Din is-sena hawn stennija għal wieħed mill-aqwa karnivali li qatt ġie ċċelebrat fil-kapitali. Dan se jkun ukoll parti integrali miċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena, li fiha l-Belt Valletta hija l-kapitali Ewropea.

Aġġronat: Taqa’ gallarija bih f’Tas-Sliema

Persuna ndarab wara li waqgħet gallarija bih fi Triq l-Imrabat f’ Tas-Sliema.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li Serb ta’ 32 sena, kien qed jagħmel xi xogħolijiet f’gallarija, meta għal xi raġuni din ċediet u r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Is-Serb ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-pubbliku huwa nfurmat li Triq l-Imrabat bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku.

Aktar dettalji malli jaslulna.

 

32 atleti Russi appellaw kontra l-esklużjoni tagħhom mill-loghob Olimpiku tax-xitwa

Dawn jinkludu atleti li kienu ġew sospiżi fuq l-iskandlu doping liema sospensjoni ġiet iddikjarata nulla mill-Qorti ta ‘ arbitraġġ għall-Isport (CAS) l-ġimgha li għaddiet. Id-deċiżjoni ser tittieħed f’seduta annwasli li ser ssir nhar l-Erbgħa, jumejn qabel il-logħob.

Il-Kumitat internazzjonali Olimpiku (IOC) stieden 169 atleta Russu li jikkompetu bħala atleti indipendenti f ‘ Pyeongchang wara li pajjiżhom kien ipprojbit li jippartecipa wara l-iskandlu doping fl-Olimpjadi ta’ Sochi. 43 atleta Russi kienu pprojbiti għall-ħajjithom wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni IOC li sabet evidenza ta’ doping sponsorjat, mill-Istat Russu.

Aqra aktar

Ċans ta’ ragħad nhar il-ġimgħa

Is-Sit FirstMalta qed jindika li skond l-aħħar indikazzjonijiet tat-tbassir tat-temp qed jidher li ammont ta’ xita se tilħaqna nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Frar u dan hekk kif sistema ta’ pressjoni baxxa se titla’ mit-Tramuntana tal-Afrika u tersaq ‘l fuq.

Ix-xita mistennija tkun akkumpanjata wkoll minn xi ragħad li minn ħin għall-ieħor jista’ jilħaq fuq il-gżejjer Maltin ukoll.

Segwu aktar fuq: http://www.firstmalta.com

Send this to a friend