2018 – Page 191 – One News

Notifiki

Tifkira ta’ meta l-kapitali Valletta saret sit tal-UNESCO

Rotary Club La Vellette flimkien mal-Grand Harbour Regeneration Project iffinanzjaw monunemt propju fid-daħla tal-Belt. Momument li sewa madwar €6,000 u li l għan tiegħu hu li jfakkar is sena li fiha l-Belt Valletta saret sit storiku tal-UNESCO.

Tajjeb li wieħed ifakkar li l-Belt Valletta ġiet rikonoxxuta bħala sit storiku mill-UNESCO fl-1980 u flimkien magħha, pajjiżna għandu s-siti megalitiċi kollha u l-Ipoġew li jinsab f’ Ħal Saflieni.

Waqt l-inawgurazzjoni, is-segretarju parlamentari Deo Debattista stqarr li dan il-monument ifakkar li l-Belt Valletta hija unika madwar id-dinja tant li l-UNESCO rrikonoxxiet il-kultura u l-istorja li hi mżewqa bihom.
Intant Stefan Zrinzo chairman tal-GHRC, qal li dan il monument għandu jservi biex ifakkana li għandna nkomplu nieħdu ħsieb dan il-wirt rikonoxxut mad-dinja kollha.

70 uffiċċju tal-aġenti tal-propjetà jingħaqdu mal-MDA

Il-liġi tal-aġenti tal-propjeta’ mistennija tidħol fis-seħħ sal-aħħar ta’ din is-sena. Dan wara li fl-elfejn u sittax ġiet ippublikata white paper għad-diskussjoni u li f’ sentejn ġiet emendata kemm il-darba.

Qal dan is-Segretarju Parlamentari għas-Suq tal-Propjetà Chris Agius waqt li l-Ġimgħa filgħodu ġiet imneddija s-sezzjoni tal-Aġenti tal-Propjeta’ fi ħdan l-Assoċazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi l-MDA wara li sebgħin uffiċċju tal-bejgħ tal-Propjeta ħarġu mill-Federazzjoni li kienu membri fiha.

Il-President ta’ din l-Assoċazzjoni Sandro Chetcuti, li issa laqgħet fiha wkoll lil dawn l-aġenti, qal kif l-investment taċ-ċittadinanza b’ investiment għin sabiex is-suq tal-propjeta’ f’ pajjiżna kiber ħafna għal dak li hu llum.

Huwa qal li t-triq ‘il quddiem għal dan il-programm hija li dan jitjieb u għalhekk l-Assoċjazzjoni flimkien mas-sezzjoni tal-Aġenti tal-Propjetà se jkunu qed iressqu numru ta’ proposti lill-Gvern dwar dan. Fost l-ewwel proposti se jkunu li jitilgħu t-tresholds eżistenti tal-kirja u l-investiment tal-propjetà, jekk wieħed jiddeċiedi li jixtri ċ-ċittadinanza Maltija.

Casa se jissokta bil-ħmieġ

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa se jissokta bil-kampanja tieghu ta’ tfigh ta’ tajn u hmieg kontra Malta meta dalghodu se jindirizza konferenza stampa li matulha mistenni “jippubblika” rapport inkonklussiv tal-FIAU.
Dan ir-rapport li Casa ilu jxejjer f’idejh xhur sħaħ, diġa’ ġie miċħud mill-agenzija FIAU u saħansitra ntqal li r-rapport li jirreferi għalih Casa, huwa wieħed li mhuwiex finali.
David Casa huwa l-istess MPE parti mid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li ġiet Malta fuq missjoni ta’ “tfittxija għall-fatti”. Din il-missjoni rriżulta li kellha diġa’ l-konklużjonijiet dwar Malta lesti li anke saħansitra nkludew ammont ta’ informazzjoni skorretta fir-rapport finali.

Aqra aktar

Bil-Filmat: Serqa tmur ħażin

Serqa marret ħażin f’ Shangai fic-Cina fejn żewġ ħallelin pruvaw jisirqu minn ħanut billi jkissru l-faċċata tiegħu.

Mill-filmat jidher li din marret ħazin, meta wieħed mill-ħallelin tefa’ l-ġebla lil sieħbu meta ma kkalkulax il-ħin sakemm għadda minn quddiem il-viżta tiegħu, bil-konsegwenza li spiċċa fl-art.

Bil-Filmat: Jagħżlu lil Malta għal avveniment kbir fil-qasam kreattiv u l-arti diġitali

 

Malta se tilqa’ l-ewwel tribu globali #THU għal avveniment kreattivi fuq skala globali. Dan huwa bidu ta’ storja maġika. Huwa żmien interessanti għal pajjizna.

It-tribu hija komunità li taħdem biex tagħti l-ħajja lit-THU kull sena. Hija esperjenza mfassla fuq sitt ijiem, fi ħdan it-3D, VFX, logħob u industriji t’arti kreattiva.

L-esperjenzi jsiru minn belt għall-oħra fid-dinja bl-iskop li jgħaqqdu l-artisti flimkien. Diġà saru f’Helsinki, Berlin, u Londra fost oħrajn.

Imiss lil Malta propju fis-sena li l-Belt Kapitali Valletta għandha t-titlu tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Din l-esperjenza se tkun qed isseħħ f’pajjiżna bejn l-24 u d-29 ta’ Settembru 2018.

Suċċess għat-tim nazzjonali femminili tal-futbol ta’ taħt is-16-il sena

Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ lit-tim nazzjonali femminili ta’ taħt is-16-il sena fejn awguralhom għas-suċċess miksub.

It-Tim għadu kif rebħu tliet logħbiet f’turnew ta’ taħt is-16-il sena organizzat mill-UEFA li sar f’Malta.

Il-Prim Ministru qal li dan il-qasam qed narawh jiżviluppa iżjed imma rridu nkomplu ntuh aktar viżibilità.

Fl-aħħar, it-tim nazzjonali ngħataw tifkira tal-okkażjoni mill-Prim Ministru Muscat. Preżenti wkoll kien hemm l-Onorevoli Clifton Grima; Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ u s-sports.

L-Istatwa antika ta’ San Ġużepp inkurunat lura mir-restawr

Fir-Rabat insibu statwa Inkurunat magħrufa mir-Rabtin u l-Maltin bħala San Ġużepp ix-Xiħ għaliex hija l-eqdem xbieha f’dawn il-gżejjer. L-oriġini ta’ din l-istatwa kienet bħala dekorazzjoni fuq xini tal-ordni ta’ San Ġwann mall-Karrakka Sant’ Anna. L-Istatwa ġiet regalata lil Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp mill-Ewwel Gran Mastru ta’ Malta Philippe Villiers de L’Isle Adam. Maż-żmien kibret id-devozzjoni lejha. L-Istatwa ħarġet f’bosta pellegrinaġġ meta kien ikun hawn nuqqas ta’ xita, li f’dan il-kas kienu iliebsuh Kapożża għaliex waqt jew wara l-pellegrinaġġ kienet tagħmel ix-xita. Meta Malta kellha il-mard tal-Pesta u l-Kolera il-poplu irrikorra bi ħġaru jitlob l-interċessjoni ta’ San Ġużepp. Matul il-bidu tas-seklu 20 bdiet tinħass il-ħtieġa għall-Inkurunazzjoni tal-Vara Devota u Mirakoluża ta’ San Ġużepp ix-Xiħ li fil-fatt saret fl-1949.

Aqra aktar

Jgħeleb trailer waqt li ħaddiem kien qed jgħabbi x-xogħol

Illum għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom ġewwa fabbrika fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li trailer għeleb waqt li ħaddiem kien qiegħed jgħabbi xi xogħol. B’konsegwenza t’hekk, il-ħaddiem, li għandu 40 sena, residenti Ħal Qormi, sofra xi ġrieħi. 

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar servizzi għal persuni transgender

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-aħħar jiem ġie ppubblikat avviż legali li se jkun l-ewwel pass għal aktar servizzi tas-saħħa b’xejn għal persuni transgender.

Id-Deputat Prim Ministru qal dan waqt li kien qed jindirizza seminar organizzat mill-MUMN bit-titlu ‘Looking at health through the gender kaleidoscope’.

L-avviż legali ppubblikat Avviż Legali 44 tal-2018 qed jemenda l-ħames skeda li tinsab mal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Permezz ta’ dan l-avviż legali, persuni transgender se jkunu intitolati għal terapiji relatati mal-identità tal-ġeneru mingħajr ħlas.

Fil-fatt, permezz ta’ dan l-avviż legali, iddaħħlet fl-iskema ħamsa, (kartuna s-safra), il-kundizzjonijiet relatati mal-identità tal-ġeneru u mal-karatteristiċi tas-sess.

“Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed inniedu dokument dwar servizzi għal kundizzjonijiet relatati mal-identità tal-ġeneru u mal-karatteristiċi tas-sess. Dan il-pjan li se nkunu qed nippubblikawh għal konsultazzjoni pubblika se jkun qed jiffaċilita l-aċċess għat-trattamenti għal persuni transgender”, qal id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

18-il xahar ħabs sospiżi u multa ta’ €800 wara li ammetta li spara f’Ħal Qormi

Michael Mifsud ta’ 52 sena minn Ħal Qormi, ammetta li spara lejn Michael Camilleri, fil-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli.

Mifsud ġie kkundannat għal 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin u mmultat €800.

Michael Camilleri ngħata wkoll il-protezzjoni għal sentejn fuq talba tal-qorti.

Il-każ ġara fit-13 ta’ Frar fi Pjazza San Franġisk f’Ħal Qormi.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/02/14/ragel-arrestat-u-iehor-ferut-fsparatura-fhal-qormi/

Send this to a friend