2018 – Page 190 – One News

Notifiki

Jitressaq abbozz ta’ liġi li jirregola d-dożi ta’ radjazzjoni lill-ħaddiema u lill-pazjenti

L-oqsma nukleari u tar-radjazzjoni f’pajjiżna ser ikollhom għall-ewwel darba qafas regolatorju konformi mal-istandards tal-Unjoni Ewropea u tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, dan permezz tal-Att dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Protezzjoni mir-Radjazzjoni li llejla għadda mill-istadju tat-tieni qari fil-Parlament.

L-abbozz ta’ liġi jipproponi qafas leġiżlattiv xieraq għall-użu u sikurezza tar-radjazzjoni f’pajjiżna, dan billi jikkonsolida regolamenti eżistenti u jimplimenta r-rekwiżiti tat-Trattat Euratom u d-Direttiva Basic Safety Standards, u konvenzjonijiet u protokolli internazzjonali oħra relatati mas-sigurtà radjuattiva u nukleari.

Aqra aktar

Il-kwareżimal matul l-40 jum tar-Randan

Il-kelma kwareżimal tiġi mill-kelma quaresima, għall-40 jum tar-Randan, u l-ingredjenti f’dan il-ħelu jirriflettu n-nuqqas tal-lussu tal-ikel rikk.

Fil-kwareżimal hemm nuqqas ta’ bajd u xaħam. Din ir-riċetta hija bbażata fuq l-għasel bhala sors ieħor ta’ ħlewwa.

Hija tradizzjoni li f’dan iż-żmien tas-sena, issib tixtri minn dan l-ikel għaliex jinżel tajjeb flok il-ħelu tas-soltu. Hemm min pero’, lanqas minnu ma jieħu għax jirraġuna li jkun qed ibiddel xi ħaġa flok oħra biex xorta jiekol xi ħaġa tajba.

Dan m’huwhiex prodott li ssib f’pajjiżna biss, huwa popolari wkoll fi Sqallija u fi Spanja fost l-oħrajn.

Għaxar snin mid-dħul tal-Ewro f’Malta

Għaxar snin ilu l-poplu malti beda jagħmel użu mill-munita ewro.

Għaxar snin minn meta Malta issieħbet fiż-żona ewro,  ġiet organizzata konferenza mill-Malta Institute Managment dwar din il-bidla fil-munita nazzjonali ta’ pajjiżna.

Politiċi u esperti qasmu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-għaxar snin minn meta Malta addottat l-munita ewro, u l-futur ta’ din l-munita.

Il-Konferenza kienet indirizzata mill-Prim Ministru Joseph Muscat li sejjaħ iż-Żona Ewro bħala proġett politiku.

Aqra aktar

Għażla konxja u provokattiva

Meta dalgħodu twaħħlu għadd ta’ banners u billboards madwar il-pajjiż, minn dawk li jsejjħu lilhom innifushom soċjetà ċivili u occupy justice, kien hemm min staqsa x’kien li banner kbir twaħħal f’żona tal-Belt li minnha ma jgħaddux il-persuni u karozzi li jgħaddu minn bnadi oħra.

Iżda, one.com.mt jista’ jiżvela minn tagħrif li kiseb minn persuna qrib dan il-grupp li din kienet għażla studjata.

Jirriżulta li fil-madwar jgħixu persuni li nhar it-Tnejn kienu l-laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Belt jargumentaw li l-monument tal-Assejdu l-Kbir għandu jmur lura għall-istat li kien qabel tpoġġa r-ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia fjuri kif ukoll xemgħat.

Jidher li Beltin magħrufa, li kienu għal din il-laqgħa jargumentaw il-kontra, taw il-parir li dan il-banner għandu jitwaħħal f’din iż-żona biex idejjaq lil dawk li ma riedux jgħaddu minn Triq ir-Repubblika u jaraw il-monument kif inhu llum.

B’hekk minn tagħrif li ksibna jirriżulta li din kienet għażla konxja u provokattiva fl-istess jum li l-istess persuni ftehmu li jinġabru l-Belt quddiem il-monument.

Il-Knisja ta’ Ġieżu lura fil-glorja tagħha

Sitt xhur wara lir-Rabtin qamu maħsuda bl-aħbar sfronda s-saqaf tal-Knisja ta’ Ġieżu, ix-xogħlijiet jinsabu fl-aħħar fażijiet qabel mal-Knisja terġa’ lura għall-glorja tagħha.

One News żar dan is-santwarju mmexxi mill-Arċikonfraternità li qed jitħejja biex il-festa ta’ San Ġuzepp din is-sena tiftaħ bil-kbir il-Ħamis l-ewwel ta’ Marzu.

Fil-jiem tal-festa, se jiġu inawgurati s-saqaf u l-presbiterju l-ġodda u ssir il-konsagrazzjoni tal-altar il-ġdid.

Il-gwardjan tal-Komunità Frangiskana Patri Martin Coleiro qal li fis-sitt xhur li għaddew saret ħidma lejl u nhar biex tlestew ix-xogħlijiet ta’ restawr. Qal li din l-esperjenza qarsa nbidlet f’turija ta’ kemm ir-Rabtin huma nies solidali u għandhom għal qalbom il-patrimonju tagħhom.

Sostna li r-Rabtin mhux biss raw li kollox jitranġa iżda jsir aħjar milli qatt kien.

Aqra aktar

Il-Ġurnal The Telegraph b’mistoqsijiet dwar ir-Russa

Artiklu f’magazine ta’ The Telegraph qajjem mistoqsijiet kbar dwar Maria Efimova, ir-Russa li għamlet allegazzjonijiet mingħajr ma preżentat imqar prova waħda.

The Telegraph tgħid li l-blogger Daphne Caruana Galizia straħet fuq Efimova, eks impjegata tal-bank Pilatus li allegat li mart il-Prim Ministru kienet is-sid tal-kumpanija Egrant.

Efimova kienet tkeċċiet mill-bank Pilatus wara li nqabdet tiffroda lill-istess bank.

Aqra aktar

Malta b’ ekonomija ġdida; l-ewwel tat-tip tagħha fid-dinja

Pajjiżna beda jimplimenta l-viżjoni li Malta tkun katalista fl-innovazzjoni ekonomika fid-dinja. Dan bil-ħolqien ta’ ekonomija ġdida, l-ewwel tat-tip tagħha fid-dinja, b’potenzjal li fi żmien ħames snin tkun kbira daqs is-settur tal-gaming f’pajjiżna.

Dan permezz ta’ qafas legali li se jkun qed jirregola teknoloġiji ġodda, fosthom il-munita virtwali, li fil-preżent mhumiex irregolati. Dan qed iwassal għal nuqqas ta’ ċertezza u protezzjoni fost l-investitur.

Aqra aktar

Il-Gvern jaħdem sabiex it-trakka tal-karozzi ssir realtà

Il-Malta Motor Sport Federation nidiet illum f’konferenza tal-aħbarijiet, proġett imsejjaħ Future Project  sabiex uffiċċjali lokali jkunu mħarġa professjonalment għal kompetizzjonijiet lokjali u internazzjonali. L-objettiv ta’ dan il-progett huwa li l-uffiċċjali jkunu ċerti minn avvenimenti bi standard ta’ sigurta għoli u fl-istess ħin ikollhom korsijiet rikonoxxuti internazzjonalment. Proġett infinanzjat mill-Unjoni Ewropej permezz tal-programm Erasmus +.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima li kien preżenti għal din l-attività qal li korsijiet bħal dawn huma importanti ħafna fi sport fejn is-sigurtà hija fattur determinant. Huwa qal li Malta f’dan l-isport dejjem kisbet riżultati eċċellenti u għalhekk huma importanti li anke l-uffiċċjali ikun jistgħu mhux biss joperaw Malta, izda anke fix-xena internazzjonali.

Huwa semma li l-Gvern issa ser ikompli jaħdem sabiex it-trakka tal-karozzi ma tibqax biss pjan iżda issir realtà u qal li il-fażijiet ta’ studju għal din il-ħolma ta’ kull dilettant, issa qed jiġu fi tmiemhom u l-proġett kollhu qed isir realtà, u ghalhekk titwettaq il-wegħda tal-Gvern.

Indirizza ukoll din il-konferenza tal-ahbarijiet Tonio Cini, President tal-MMF.

Is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Frar jitkompla l-karnival ta’ Malta 2018

Festivals Malta flimkien mat-Tim Organizzattiv tal-Karnival tfakkar li l-Karnival se jibqa’ għaddej fi tmiem il-ġimgħa. Il-Karnival tat-Tfal se jsir nhar is-Sibt 17 ta’ Frar fid-9:30am fi Pjazza San Ġorġ, fil-Belt Valletta. Il-prezz tal-biljetti hu ta’ €5, b’numru limitat ta’ biljetti VIP li jiswew €10. Wara ssir attività oħra fl-istess ġurnata fit-3:30pm li tinkludi programm taż-żfin u sfilata bil-karrijiet. Il-prezz tal-biljetti hu ta’ €7 b’numru limitat ta’ biljetti VIP li jiswew €15. Il-Ħadd 18 ta’ Frar se jsir il-Gran Defilé fi Triq Sant’Anna, il-Furjana mis-2pm ’il quddiem.

Festivals Malta tħabbar li l-voti sottomessi b’konnessjoni mal-kompetizzjonijiet tal-Karnival ta’ Malta se jinfetħu nhar it-Tnejn li ġej, 19 ta’ Frar u b’hekk ir-riżultati tal-kompetizzjonijiet jitħabbru nhar it-Tnejn 19 ta’ Frar, kmieni waranofsinhar.

Kull min xtara biljett tal-Karnival u ma użahx se jiġi kkuntattjat minn www.ticketline.com.mt biex jingħata l-flus tagħhom lura. Għalhekk għall-attivitajiet il-ġodda tal-Karnival, li huma bil-ħlas, ma jistgħux jintużaw il-biljetti ta’ qabel imma jridu jinxtraw oħrajn ġodda. Il-biljetti l-ġodda jistgħu jinxtraw onlajn minn http://www.ticketline.com.mt jew miċ-ċinemas tal-Embassy, il-Belt, mill-llum il-Ħamis 15 ta’ Frar.

Għall-aġġornamenti kif ukoll ritratti tal-Karnival ta’ din is-sena żur http://www.karnivaltamalta.org jew https://www.facebook.com/karnivaltamalta.com/.

Ta giżirana tad-deheb lill-qassis u għamel rapport falz biex jieħu l-flus

Anthony Mc Kay ta’ 27 sena kien akkużat li nhar is-17 ta’ Mejju 2010 għamel rapport falz fl-għassa tal-Pulizija, fejn qal li kien tilef giżirana tad-deheb fil-grawnd ta’ Ta’ Qali biex jieħu l-flus tal-assigurazzjoni tagħha. Kien ukoll akkużat li għamel vendikazzjoni fuq il-karozza ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni, imma minħabba nuqqas ta’ provi, ma nstabx ħati.

Primarjament, il-kumpanija t’assigurazzjoni rrifjutat li taghti s-somma ta’ €7,400 lil Mc Kay u wara komossjoni li qajjem fl-uffiċini tal-kumpannija, ġie mogħti l-ammont ta’ €2,000. Kien f’dan iż-żmien li mpjegata tal-kumpannija sabet brix u r-roti tal-karozza mifqugħa.

Aqra aktar

Send this to a friend