2018 – Page 189 – One News

Notifiki

Michelle Muscat maħtura l-patruna tal-Eurordis-Alleanza Ewropea tal-mard rari

Għall-ħames sena konsekuttiva, mart il-Prim Ministru ta’ Malta u l-President tal-Alleanza Maltija tal-Mard Rari Michelle Muscat kienet maħtura bħala l-patruna tal-EURORDIS – l-Alleanza Ewropea tal-Mard Rari, waqt ċerimonja fi Brussell.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-Prinċipessa Astrid u l-Prinċipessa Ann de Ligne tal-Belġju. Is-Sinjura Muscat enfasizzat l-importanza li naħdmu mal-pazjenti li jiġu milquta minn mard rari.

Is-Sinjura Muscat, li kienet akkumpanjata mill-Ambaxxatur Malti għall-Belġju Ray Azzopardi u mis-Segretarja tal-Alleanza Josette Azzopardi, kellha diskussjonijiet ma’ speċjalisti f’dan il-qasam u alleanzi tal-pazjenti li flimkien qed jaħdmu sabiex jitwaqqfu aktar għajnuniet għall-pazjenti.

Bħalissa, l-Alleanza tal-Mard Rari għaddejja b’kampanja nazzjonali biex ikun hawn iktar għarfien kif ukoll sabiex iktar pazjenti b’mard rari jingħaqdu flimkien u jagħtu appoġġ lil xulxin.

Il-ħabs jirrifjuta li jżommha, imma l-Qorti tinsisti

Mara li kienet qed tiġġieled mal-vizzju tad-droga, spiċċat il-Qorti wara li kissret il-kundizzjonijiet imposti fuqha. L-omm ta’ tifla ta’ tnax-il sena kienet fuq programm ta’ rijabilitazzjoni.

Fil-Qorti ntqal li kienet sejra tajjeb tant li anki kienet meqjusa bħala house leader. Sussegwentament il-mara waqfet mill-programm wara li allegatament it-tabib waqfilha l-medikazzjoni tal-methadone.

Wara li l-mara ħarbet minn San Blas marret tieħu l-eroina u rritornat għand il-ġenituri tagħha fi stat ħażin ħafna. Kien hawn li l-ġenituri tal-mara ħaduha fl-isptar Monte Karmeli għal kura u wara li din ġiet f’sensiha ħaduha l-ħabs minħabba li skont deċiżjoni imposta mill-Qorti aktar qabel, il-mara kellha tittieħed il-ħabs jekk toħroġ mill-programm.

Hawnhekk l-awtoritajiet tal-ħabs irrifjutaw li jżommu l-mara u b’hekk anki ma żammewx mad-deċiżjoni tal-Qorti. Fid-dawl ta’ dan, il-pulizija ma kellhomx triq oħra għajr li jieħdu l-mara l-Qorti fejn ġie deċiż li l-mara għandha terġa’ tittieħed Kordin.

Is-servizz tat-televiżjoni lokali għadu popolari

L-Internet TV bħal Netflix mhux meqjus bħala sostitut għal servizzi tat-televiżjoni  lokali. Dan ħareġ minn stħarriġ li sar mill-Aworità ta’ Malta dwar il-komunikazzjoni li sar bejn Novembru u Diċembru 2017 dwar is-servizzi tax-xandir u t-televizjoni minn fost konsumaturi residenzjali. Huma biss 34% tal-partecipanti li qalu li juzaw l-internet tv. Dan juri tnaqqis ta’ 19-il punt percentwali meta mqabbel mal-istharrig tal-2015.

Min-naħa l-oħra jiżdied l-użu tal-IPTV-Android filwaqt li jonqos l-użu ta’ servizzi bis-satellita. 3% biss li pparteċipaw fl-istħarriġ għandhom aċċess għal servizz tat-televiżjoni bis-satellita.

Dan l-istħarriġ sar minn Grant Thornton f’isem l-MCA u fih ipparteċipaw 906 familja.

Jinħareġ l-400,000 passaport biometriku

Fil-jiem li għaddew l-Aġenzija Identity Malta ħarġet l-400,000 passaport lil ċittadini Maltin. Hu kkalkulat li sal-aħħar ta’ din is-sena kull passaport b’data valida jkun biometriku. Biex tfakkar dan il-mument sinifikanti, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli ppreżentat tifkira tal-okkażjoni lis-Sinjura Michelle Guisti li nzertat l-erba’ mitt elf persuna li applikat biex iġġedded jew tagħmel passaport ġdid.

Aqra aktar

Inizjattiva Prima b’riċerka fis-sistema tal-ikel fl-agrikultura, immaniġġjar tal-ilma u agrikultura sostenibbli

Il-Gvern allokka 5 miljun ewro għall-innizjativa Prima. Inizjattiva li ġiet innegozjata waqt il-presidenza tal-kunsill tal-Unjoni Ewropea f’pajjiżna.

Riċerkaturi se jingħataw fondi għar-riċerka u innovazzjoni fl-oqsma tas-sistema tal-ikel fl-agrikultura , immaniġġjar tal-ilma u agrikultura sostenibbli. Dan se jagħti possibilità sabiex ricerkaturi Maltin jaħdmu fuq riċerka mar-riċerkaturi barranin, ġejjien minn 19-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea u anki barra mill-Unjoni Ewropea.

Is-segretarju parlamentari Silvio Schembri qal li l-tibdil soċjali qed ikollu impatt fuq l-industrija. Filwaqt li tenna l-importanza tar-riċerka f’dan il-qasam, huwa ddeskriva l-programm Prima bħala storja ta’ suċċess.

Iċ-ċkejken Nigel lura mat-tim favorit tiegħu wara t-trapjant f’qalbu

Iċ-ċkejken Nigel jirritorna fil-football lokali man-nursery tan-Naxxar Lions; it-tim tant għal qalbu nhar is-sibt li ġej 25 ta’ Frar 2018, wara li t-tobba tawh permess li jerġa’ jibda jilgħab il-football wara li kellu trapjant f’qalbu.

Nigel seraq il-qlub tal-pubbliku u anke kien, u għadu jkun punt ta’ kuraġġ u sosten għal bosta.

Il-Nursery tan-Naxxar Lions se torganizza bosta attivitajiet fosthom tournaments u logħob għat-tfal fejn se jinġabru donazzjonijiet b’riżq Puttinu. Il-players tat-tim ta’ Naxxar Lions ukoll se jżuru l-iskola Higher Secondary tan-Naxxar fejn se tkun qed issir l-attività bejn id-9.30 u l-11 ta’ filgħodu.

 

 

Delia ħadem għal sussidjarja ta’ Electrogas

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, ħadem għall-kumpanija Electrogas permezz tad-ditta tiegħu Aequitas Trust and Fiduciary Services Ltd.

Din hi waħda mill-kumpaniji li għadu msieħeb fiha sa issa u The Malta Independent irrapportat kif Delia’s legal firm handled bond issue for subsidiary of Electrogas partner company. The Malta Independent irrapporta iktar minn hekk. Saħansitra qalet li internament fil-Partit Nazzjonalista qed jiffaċja kritika li huwa għalhekk li qatt ma tkellem dwar il-proġett tal-impjant tal-gass f’Dellimara.

Dan hu wieħed mill-iktar proġetti li oppona l-eks Kap Simon Busuttil. Iżda, investigazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea sabu li l-allegazzjonijiet ta’ Busuttil ma kinux minnhom. Dan mhu jneħħi xejn mill-attakk intern fuq Adrian Delia fejn qed jgħidulu li ma jsemmix Socar jew Azerbaijan proprju għax id-ditta tiegħu ħadmet għal Gasol li hi parti mill-konsorzju Electrogas. L-akkuża hi ċara. Dik li għandu kunflitt ta’ interess.

The Malta Independent tgħid li d-ditta ta’ Delia kienet involuta f’sejħa ta’ bonds li tlaħħaq it-€23 miljun għal Gasol. Dan biex isir investiment fl-Afrika. Dan kollu kien għadu għaddej sal-2015. The Malta Independent qalu li dan kollu beda fuq twitter permezz ta’ allegazzjonijiet anonimi, iżda mbagħad ikkonfermaw billi raw id-dokumenti. Fost l-ewwel li rreaġixxew għal din l-aħbar kien hemm id-deputat Marlene Farrugia li qalet li Delia għandu jirriżenja.

Il-Jum dinji tal-ħsieb mill-Iscouts u l-Guides fid-dinja kollha

Illum huwa l-Jum Dinji tal-Ħsieb, li qabel kien Jum tal-Ħsieb, u li jiġi ċċelebrat kull sena fit-22 ta’ Frar mill-Guides u l-Iscouts kollha tad-dinja nkluż f’pajjiżna.  Huwa jum meta dawn l-assoċjazzjonijiet jaħsbu dwar ħuthom fil-pajjiżi kollha tad-dinja, il-veru tifsira tal-Guiding, u l-impatt li jħalli fuq id-dinja.

Il-Girl Guides u l-iScouts jużawha bħala opportunità biex jistudjaw u japprezzaw pajjiżi u kulturi oħra, u bl-istess mod iżidu l-għarfien u s-sensittività dwar suġġetti li huma attwali u anke ta’ tħassib attwalment. Id-donazzjonijiet li jinġabru bħal-lum imorru għall-proġetti li jsiru mill-iscouts u l-guides madwar id-dinja.

Aqra aktar

Opportunitajiet ta’ finanzjament għall-isports taħt il-programm Erasmus+

Kienet organizzata konferenza minn EUPA flimkien ma’ SportMalta u MEUSAC biex l-għaqdiet sportivi japplikaw għall-opportunitajiet ta’ finanzjament għall-isports taħt il-programm Erasmus+ ċentralizzat fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Din hija għajnuna biex l-għaqdiet ikunu jistgħu imexxu l-proġetti u ideat tagħhom b’fondi ewropej u anke jingħataw l-opportunità li jkabbru l-esperjenza tagħhom ma’ assoċjazzjonijiet oħrajn madwar l-Ewropa.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li, “l-pjan huwa li jkabbar l-involviment fil-Ġimgħa Ewropea tal-Isport tal-assoċjazzjonijiet sportivi wara li l-fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett qed ikompli jikber.” Grima saħaq li lkoll flimkien jinsabu lesti li jagħtu kull għajnuna li hemm bżonn sabiex l-ammont ta’ applikazzjonijiet ikompli jikber.

Il-programm Erasmus+ fl-isport, li anke wara li Malta fil-Presidenza tagħha kitbet u ġabet l-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha għall-European Work Plan for Sport, rat li l-fondi allokati jikbru u l-opportunitajiet jiżdiedu. Proġetti li jvarjaw fl-assistenza minn €60,000 fi proġetti żgħar ta’ kollaborazzjoni sa €400,000 għal proġetti ikbar.

L-intergrità fl-isport, il-ġlieda kontra id-doping, il-governanza tajba, l-intolleranza u id-diskriminazzjoni fl-isport, il-volontarjat u l-inklużjoni soċjali huma t-temi prominenti.

Send this to a friend