2018 – Page 135 – One News

Notifiki

WARRANT MISTĦOQQ! Żvelat każ li jixhed dan

Il-każ ta’ żewġ żgħażagħ gradwati fil-liġi li fl-aħħar xhur il-Kamra tal-Avukati opponiet li jingħataw il-warrant hu wieħed inġust.

Żvelat dan il-gazzetta KullĦadd li fi storja fil-faċċata tal-gazzetta uriet kif kien hemm student ieħor li gradwa u għadda mill-eżami tal-istess warrant fl-istess żmien u minkejja li fl-imgħoddi kellu każ mal-ġustizzja ngħata l-warrant.

Aqra aktar

Toni jingidem mill-PN

Ilbieraħ il-Partit Nazzjonalista semma lil Toni, li għandu familja ta’ tlieta u jaħli 8,400 unit f’elettriku. Dan ifisser li Toni jikkonsma ferm iktar mill-medja tal-familji Maltin f’dak li hu elettriku b’persuni li jifhmu sew fl-użu tal-enerġija qalu li familja ta’ tlieta medja li ma toqgħodx lura mill-kumditajiet taħli ferm inqas minn hekk. Fil-fatt Toni tant jaħli li lanqas mill-eko kontribuzzjoni ma jgawdi.

Aqra aktar

Daqshekk zokkor u ikel li jħaxxen f’Mater Dei

Bħala parti minn strateġija li twassal messaġġ b’saħħtu favur stil ta’ ħajjia iżjed b’saħħitha, fl-Isptar Mater Dei mhux se jkun permessibli aktar ikel mhux nutrittiv u xorb biz-zokkor.

Din l-ordni ħarġet fil-jum tal-Ħamis mill-Isptar Mater Dei, fejn mhux se jiqba’ jiġi offrut ikel mhux sustanzjuz għall-pazjenti, ħaddiema u vizitaturi.

Aqra aktar

ARA: Ma naqblux fiż-żifna imma naqblu fil-lingwa – Malta u l-Lebanon

Żewġ pajjiżi li ġeografikament jinsabu fil-Mediterran; Malta u l-Lebanon. It-tnejn li huma kellhom influwenzi puniċi imma ż-żmien ibiddel u jaġġorna.

Nistgħu ngħidu li Malta ħadet aktar xejra Ewropeja minħabba influwenzi minn pajjiżi viċin iżjed tagħna u anke li ħakmuna fosthom tal-aħħar, ikunu l-Ingliżi.

Iżda ħafna kliem fil-lingwa Lebaniża jixbaħ ħafna lil dak Malti. Jekk tasal sal-Lebanon u titkellem bil-Malti, kapaċi jifhmuk perfettament.

Il-Lebaniżi huma wkoll magħrufa għall-uċuħ sbieħ minħabba l-ġilda ftit skura b’tendenzi ta’ għajnejn b’ lewn aħdar.

Send this to a friend